Il-ħruq jew l-effetti tiegħu infirex fis-sala tan-nisa tal-isptar f’Għawdex fejn kienet Andrea Prudente
Il-media rrappurtat li kien hemm ħruq fl-isptar f’Għawdex. Il-media kompliet tgħidilna li nfetħet inkjesta maġisterjali. Dan is-sit jinsab infurmat li l-ħruq beda ġo kaxxa sewda fejn hemm ic-circuit breakers u nfirex ġos-sala tal-irġiel li kienet ma’ ġenb dan is-circuit breaker u mbagħada għadda fis-sala tan-nisa tal-isptar f’Għawdex, F’din is-sala kien fejn kien hemm Andrea Prudente.
Skont il-Guardian (UK), dated June 22, Andrea Prudente, 38, kienet fuq btala ġewwa Għawdex mal- partner, Jay Weeldreyer, ta’ 45, meta il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju meta bdiet tara d-demm b’mod qawwi ħafna matul il-lejl. Hija ddaħħlet l-isptar ta’ Għawdex u t-tobba ta’ dan l-isptar tawha mediċina biex jgħinuha li ma jkollhiex korriment, imma jumejn wara kienet Malta u nfaqagħlha l-ilma u ddaħħlet l-isptar ta’ San Tumas. Skont l-Euronews, Andrea Prudente kienet iddaħħlet l-isptar ta’ Għawdex il-Ħadd 12 ta’ Ġunju fl-4 pm. |
L-inkjesta bil-maġistrat infetħet ilbieraħ fl-10 pm. Jidher li dan il-ħruq kien marbut ma’ xi ħsarat fis-sistema tad-dawl. B’hekk wieħed jistaqsi jekk is-salvavita ħadmitx u jekk le, għala? Wieħed jistaqsi wkoll jekk il-miniature circuit breakers ħadmux u jekk le għala? Wieħed jistaqsi jekk kienx hemm fire extinguisher jew extinguishers fil-postijiet li kienu affettwali bin-nirien u jekk le, għala ma kienx hemm? Fuq kollox, hawn wieħed jistaqsi jekk is-samples tad-demm (fil-każ li dawn kienu jinżammu), intilfux f’dan il-ħruq jew le?

Sur Mercieca. What are the chances that this fire is connected to the American woman’s abortion case in the form of one saint or another sending a message to the Maltese people?
Mr. Stivala, the blog reported the facts about the incident at the Gozo hospital. It didn’t enter into a discussion of the probability of something leading to something else. We have all witnessed events where the outcome is unusual and yet it’s up to each individual reader to decide whether it was luck, karma or some other outcome. In a way, it’s like everything else in life. You decide for yourself how and where to join the dots.
Yes its like everything else in life, even the much popular practice of fishing for xi-maZZun is still practiced although the imZZazen are getting very hard to hook.