Il-Prim Ministru jmur tard għall-ikla tal-grupp parlamentari u ma rringrazzjax lill-grupp parlamentari tiegħu

Il-Prim Ministru Robert Abela tella’ post fejn fih qal li wara l-laqgħa tal-kabinett ilbieraħ filgħodu, il-membri tal-grupp parlamentari attendew għal-laqgħa inqas formali, fi kienet speċi ta’ ikla. Skont l-istess Prim Ministru, huwa għadda biex jirringrazzja lill-membri jew kif qal hu stess fil-post li kiteb, irringrazzja lil kulħadd għall-impenn u l-appoġġ li kellu matul is-sena li għaddiet.

Imma jekk xejn, din il-laqgħa jew ikla kompliet turi biċ-ċar il-qasma li hemm fil-grupp parlamentari Laburista. L-ewwel mhux veru kif ta l-impressjoni l-Prim Ministru hu kien preżenti għalija mill-bidu. Verament saret wara l-laqgħa tal-kabinett, imma l-Prim Ministru ma attendix mill-ewwel. Anzi ġie siegħa u nofs tard! Suppost kellha tkun ikla ta’ siegħa u spiċċat ħadet sagħtejn u nofs minħabba li l-Prim Ministru wasal siegħa u nofs tard! Daqshekk jimpurtah mill-grupp parlamentari tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela.

Imma din ma kienetx l-uniku sitwazzjoni li wriet id-disgwid intern li hemm fil-Partit Laburista bħalissa. Forsi wieħed jgħid li l-Prim Ministru kien imħabbat u b’hekk wasal siegħa u nofs tard. Kien hemm fattur ieħor li wera dan id-disgwid. Dan is-sit jinsab infurmat li mhux vera li l-Prim Ministru rringrazzja lil kulħadd jew lill-membri tal-parlament Laburista. Il-fatt hu li l-Prim Ministru ma qal xejn.

Fi kliem ieħor din hija gidba oħra mill-ħafna gideb li issa drajna nisimgħu min-naħa tal-gvern. Daqshekk hu magħqud il-grupp parlamentari Laburista.

Il-verita’ hija li mill-elezzjoni ‘l hawn, Robert Abela irnexxilu jitlef 124 vot kuljum! Dan mhux qed ngħidu jien. Dan qed tgħidu l-Malta Today. Imma llum ma hemmx oppożizzjoni għaliex ir-Repubblichini u sħabhom irnexxielhom ikissruha.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *