“Din kwistjoni li issa tmur oltre l-abort – din kwistjoni jekk il-kostituzzjoni tagħna għadhiex tiswa ħarja jew le”- John Spiteri Gingell.
Qed inġib post li tella’ John Spiteri Gingell fuq il-Facebook page tiegħu biex juri li d-dħul tal-abort f’Malta jmur kontra l-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Hu post interessanti ħafna li jitkellem kif il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna spiċċat tiġi abbużata u ħafna minn dawk li jriduha ta’ kostituzzjonalisti huma b’ħalqhom magħluq.
Ħadd ma jista’ jkollu mandat biex idaħħal l-abort f’Malta- Ħadd!!! Għax tali mandat imur kontra l-kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Għalhekk lanqas li kieku xi partit wiegħdu fil-manifest elettorali ma jkun jiswa aħseb u ara jekk dan m’għamlux. L-aktar li partit jista’ jwiegħed huwa li jemenda l-kostituzzjoni (bħalma għamlu ġewwa l-Irlanda) sabiex titneħħa l-protezzjoni tal-ħajja minnha f’ċerti każijiet.
Minkejja li l-kostituzzjoni ta’ Malta ma tgħidx meta tibda l-ħajja, hija ovja li tassumi li tibda mill-konċepiment. Tant hu hekk li għandna diversi ligijiet li juru dan b’mod ċar mhux lanqas dik imsejħa ’embryo protection act’. Il-Kostituzzjoni tagħmel erba’ eċċezzjonijiet fejn wieħed jista’ jitqies li jitlef din il-protezzjoni tal-ħajja (aqrawha – suppost tafuha – huwa l-aktar dokument importanti f’pajjiżna) – u dik għar-raġunijiet tas-‘saħħa mentali’ tal-omm MHIX waħda minnhom. Għalhekk il-President din il-liġi għandu jirrifjuta li jiffirmaha – jekk verament huwa l-gwardjan tal-kostituzzjoni kif ħalef li jkun u jibgħatha fil-qrati kostituzzjonali – għandu dover li jagħmel dan mhux li jirreżenja kif IRIDUH JAGĦMEL ħalli minfloku jaħtru xi aġent pupazz li jiġi jaqa u jqum mill-kostituzzjoni u jiffirma f’ħakka t’għajn.
Din kwistjoni li issa tmur oltre l-abort – din kwistjoni jekk il-kostituzzjoni tagħna għadhiex tiswa ħarja jew le. Jekk il-president ma jieħux dan il-pass u jagħżel li jirreżenja, għandu jkun allura d-dover tal-poplu, jekk jirrispetta lilu nnifsu, li jiftaħ tali kawża sabiex jipproteġi l-kostituzzjoni tiegħu. Hija irrelevanti ukoll jekk dan il-qtil intenzjonali għall-kwalunkwe ċirkustanza oħra minn dawk definiti fil-kostituzzjoni jekk il-gvern jridx issejjaħlu abort jew le – jibqa’ qtil intenzjonali u l-qtil qed isir għar-raġunijiet mhux defeniti fil-kostituzzjoni. Għalhekk nerġa’ ninsisti li ħadd ma jista jieħu l-ħajja ta’ ħadd ħlief għar-raġunijiet imsemmija fil-kostituzzjoni. Biex tibdel il-kostituzzjoni il-gvern ikollu bżonn jew 2/3 tal-vot fil-parlament – jew jagħmel referendum – m’għandux triq oħra – u jaf li m’għandux in-numri fiż-żewg xenarji u huwa għalhekk qed jipprova jinganna f’kampanja ta’ gideb sfaċċat.
Din mhix kwistjoni ta’ politika partiġġjana – povru, injurant u tassew miskin min jirraġuna hekk – din hija kwistjoni fuq kollox jekk nirrispettawx il-kostituzzjoni tagħna jew le. U jekk le – mela ejjew nieqfu nippretendu li aħna Repubblika – ejjew nieqfu nippretendu li hemm xi forma ta’ limiti ta’ x’jista’ jagħmel il-gvern hu min hu fil-poter – ejjew naċċettaw il-fatt li jista’ jagħmel li jrid bina mingħajr il-kunsens tagħna. U skużawni – m’għandix rispett aktar lejn min irid jibqa’ sieket – nirrispetta aktar lil min ma jaqbilx miegħi iżda almenu ma jiddejjaqx juri x’jaħseb. Min ser jagħzel li jibqa’ sieket ikun ħaqqu fuq li ħaqqu meta fl-aħħar ineżżgħu lilu ukoll minn kull dritt għax il-kodard ma jixraqlu xejn aħjar. Tkellmu issa jew ibqgħu hemm imsieken b’fommkom magħluq – għax tkunu tliftu d-dritt saħansitra biex tgergru meta tasal tagħkom kemm quddiem il-bniedem, aħseb u ara, f’dan il-każ partikolari quddiem Alla.
Għalhekk kwalunkwe diskors dwar referendum abrogattiv f’każ li tgħaddi l-liġi kif qed jipproponu xi wħud li huma kontra l-abort huwa fil-fehma tiegħi primatur – m’għandekx għalfejn tabroga liġi li hija kontra l-kostituzzjoni – anzi b’dan l-argument tkun qed tagħti x’tifhem li dawn l-emendi huma kostituzzjonali mentri għandha tkun ovja f’pajjiż mifqugħ bl-avukati li mhix.
Dawn l-emendi apparti li huma anti-umani, jmorru wkoll kontra l-kostituzzjoni.

Nota zghira sabiex niftakru.
In 1989, during the Discussion on the Convention on the Rights of the Child, Malta and Senegal proposed the addition of wording clearly defining childhood beginning at conception. The two countries withdrew their proposals before a vote “in light of the text of” the preamble, which called for “legal protection, before as well as after birth.”
Rigward il-president. Il-president u marbut bil-costutizjoni li dak li jidecidi gvern ellet democratikament jifirmah f’ligi. Jekk il-president jidecidi li ma jifirmax, ghandu zewieg toroq xjazel, jew jirezenja jew jerga immur gita.
Il-kostizzjoni ta’ Malta, l-għażiza tagħna ,saret biċċa karta tal-inċova