Where your opinion counts

Is-sistema ġdida tal-ġbir tal-fliexken: miżavventura kerha u l-mainstream media qed tipproteġi lill-veru protagonisti warajha

Minn osservatur politiku

Jiena ma nistax naffordja li nitlef daqstant ħin biex nieħu l-fliexken fil-magna biex nieħu lura flus li diġa’ nkun ħriġt. Din hija miżavventura kerha li qed iġagħluna nagħmlu meta nafu li fid-djar konna diġa’ qed nużaw il-boroż tar-riċiklaċċ u konna qed nagħmlu xogħolna tajjeb. Issa mid-dehra hemm xi investitur tal-qalba li qed jagħmel lira minn fuq in-nies billi jġagħalhom jirritornaw xi ħaġa li diġa’ kienu ħallsu għaliha. Hawn wasalna f’pajjiżna fejn in-nies ikollhom jikkjujaw biex jieħdu lura dak li kienu ħallsu. Possibbli ma setgħetx instabet sistema oħra fejn ma jintilifx daqstant ħin.

Ħaġa oħra li wieħed ma tantx jissaporti hija li l-magni mhux qed jitbattlu daqstant malajr u biex twassal il-fliexken sa ħdejn il-magna, u din tgħidlek li mimlija, tibda tara kollox bil-maqlub u forsi r-rabja tagħmel tagħha. Biss il-problema tagħna l-Maltin hija li ngergru kemm nifilħu imma nibqgħu naċċettaw kollox u ma nagħmlu xejn.

Fl-istess ħin ma tantx tagħti tort lil min jipprova jiġbor flusu wara li jkun ħallashom. Imma mid-dehra għalkemm hawn ħafna tgergir fuq is-sistema li qed tintuża, kollox ser jibqa’ l-istess għax it-tgergir jibqa’ ma jwassal imkien. Kieku mhux għax is-sitwazzjoni hija serja tibda’ tgħid li tad-daħq. Dan l-inkonvenjent kollu biex tibqa’ fejn tkun finanzjarjament. Allura din hija sistema li qed tkun ta’ introjtu lil min qed jilqa’ dawn il-fliexken biex ikun jista’ jesporthom għar-riċiklaċċ.

Lanqas tista’ tgħid li qed ngħinu l-ambjent b’din is-sistema. Kulħadd jaf li kif konna qabel. Konna qegħdin nirriċiklaw il-fliexken tal-plastiċ u b’dik is-sistema ma konna qed noħorġu xejn mill-but. Imma forsi għax fejn kienu qed jitwaddbu dawn il-fliexken ma kienx organizzat biżżejjed u kien qed ikun hemm it-taħlit, allura ġiet ivvintata din is-sistema għal gwadann ta’ xi individwi partikulari li l-media ma tridx tgħidilna verament min huma.

Problema oħra li qed tinqala’ hija li ħafna nies iridu jużaw il-karozza biex jaslu qrib dawn il-magni. Allura jekk tkun qed tipprova tagħmel dan biex tgħin fil-kwestjoni tal-ambjent ma tkunx qiegħed min-naħa l-oħra tħammeġ l-istess ambjent bl-użu tal-karozza bla bżonn? Mela wieħed jistaqsi, kemm verament qed tħalli effett ambjentali din l-iskema?

Mit-tgergir li tisma’ qed jirriżulta li ħafna nies mhux ser jibqgħu jmorru bil-fliexken tagħhom f’dawn il-magni. Dan ikun ifisser li jerġgħu jduru fuq is-sistema li jirriċiklaw fid-djar waqt li l-kumpanija tal-BCRS iżżomm il-flus tagħhom fil-but. Ma tagħti tort lil ħadd għax hawn kwantita’ kbira ta’ nies li ma jistgħux jitilfu ħin preżżjuż biex joqgħodu jmorru ħdejn dawn il-magni u fuq kollox għal ebda gwadann ta’ xejn ħlief li jieħdu flushom lura.

Hu ċar li min ħareġ b’din is-sistema għamilha b’tali mod li jisloħ lill-poplu Malti. Veru l-każ li l-mainstream media qed tipproteġi lill-veru protagonisti warajha

One thought on “Is-sistema ġdida tal-ġbir tal-fliexken: miżavventura kerha u l-mainstream media qed tipproteġi lill-veru protagonisti warajha

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *