Adrian Delia b’messaġġ b’saħħtu kontra l-fatt li għada l-Parlament ser jivvota fit-tieni qari l-emenda biex biha jiddaħħal l-abort f’Malta
Adrian Delia tella’ post fuq Facebook li jitkellem dwar L-ipokrezija fil-politika Maltija. Hu qal li l-membri Parlamentari marru għand l-arċisqof u l-President biex jagħtuhom l-awguri tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena u għada dan il-gvern ser ikun qed iressaq din il-liġi fil-Parlament għall-vot f’dak li jissejjaħ it-tieni qari biex b’hekk isir it-tieni pass biex jiddaħħal l-abort f’Malta. Dan hu l-messaġġ ta’ Adrian Delia:
Ilbieraħ in-nies marru għand il-Prim Ministru u għand il-Kap Tal-Oppożizzjoni biex
jixtiqulhom l-isbaħ xewqat ;
Il-Membri Parlamentari marru għand il-President biex jixtiequlu l-festi t-tajba
Il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Membri Parlamentari marru għand il-President u għand l-Arċisqof jawguraw lil xulxin Il-festi t-tajba tal-Milied biex ifakkru t-twelid ta’ Gesù Bambin fit-tradizzjoni nisranija.
Issa għada wara nofsinhar dan il-ħin fil-Parlament ser nivvotaw nippermettux it-terminazzjoni tat-tqala, il-qtil tat-trabi fil-ġuf.
Għada hemm il-vot li jeħodna pass eqreb biex jidħol l-abort f’pajjiżna. Jumejn wara dawn iċ-ċerimonji f’ġieħ it-twelid ta’ Bin Alla!
