Where your opinion counts

Ta’ The Times jippruvaw jagħtu palata lil Jay Weeldreyer waqt li jikkonfermaw li dak li ppubblika f’dan is-sit huwa minnu

Bħalissa, il-poplu qed jgħid ħafna affarijiet dwar l-imġieba tal-gazzetti, speċjalment dik ta’ The Times of Malta. Ara issa ma jimpurtax għal The Times li titlef is-sensittivita tagħha u tikkummenta fuq każ ta’ persuna u tipprova tagħtih palata wara li dan fetaħ libel fuq affarijiet veri li ntqalu fuqu u waqt li għandu kawża għall-kumpens. Ara issa tajjeb li wieħed jikkummenta fuq każiijiet sub judice. Verament gazzetta li tinsab f’paniku għaliex kienet taħseb li tmexxi l-opinjoni pubblika. Ħasbet li setgħet tmexxi l-aġenda abortistika f’pajjiżna u sabet il-qarrejja tagħha kontra tagħha stess. Fuq kollox, jidher ċar li issa din il-gazzetta resqet lejn il-linja l-ħamra u ma tantx baqagħlha dehen li tibqa titqies bħala gazzetta matura. Saret il-gazzetta tal-Woke.

Mhux ser nitkellem fuq il-fatt li ġejt mgħajjar bih minn Jay Weeldreyer jiġiferi li jiena bully jew li jien qed niżfen fuq il-qabar ta’ bintu. Jekk kien hawn persuna li ħaffer qabar għall-bintu dak kien Jay Wheeldreyer innifsu meta ma ħalliex lit-tobba Għawdxin isalvawielu. Bil-wiċċ tost kollu, din il-koppja marret barra minn xtutna tgħajjar lil dawn it-tobba Għawdxin għaliex ippruvaw isalvaw lit-tarbija tiegħu.

Ovvjament The Times żefnet lil persuni oħra, inkluż lill-Kap tal-Oppożizzjoni meta fil-parlament tkellem dwar din il-liġi jew emenda li biha dan il-gvern ser idaħħal l-abort. Issa Jay Weeldreyer spiċċa jintilef fil-kliem tiegħu stess u The Times spiċċat tattakka lil dawk li bir-raġun qed jinvestigaw u jistaqsu dwar dan il-każ. Fuq kollox, kienet id-deċiżjoni ta’ Jay innifsu li jmur fuq il-media, kemm Malta u kif ukoll barra minn Malta. Imma għal The Times, dawk li jmorru jgħajru lil Malta barra minn xtutna minn dejjem kienu l-erojja tagħha.

Bir-raġun li l-poplu qiegħed jistaqsi dwar din il-mara Amerikana li kienet Malta u nqalgħulha diffikultajiet fit-tqala tagħha. Dak li hu interessanti li Jay Weeldreyer mar jitkellem ma’ The Times u mhux Andrea Prudente li suppost hija l-protagonista ta’ dan il-każ. Infakkar li dawk favur l-abort qed jgħidu li dan hu dritt tal-mara u r-raġel ma għandux ikollu x’jaqsam jew jindaħal fuq saħħet il-mara waqt it-tqala. Ara issa spiċċa jitkellem persuna maskili li l-anqas ma hu r-raġel ta’ din il-mara Amerikana. Ara issa s-soċjeta’ patrijarkali saret tajba għal The Times!

Fuq kollox, waqt li The Times tgħajjar li dawk li qed jitkellmu fuq dan il-każ b’conspiracy theories, hija stess għamlet dawn il-conspiracy theories tagħha. Infakkar li kien dan is-sit li żvela li Jay ma kienx ir-raġel ta’ Andrea Prudente u li dan kien miżżewweġ ma’ mara oħra u lanqas ma hu ddivorzjat minnha. Issa The Times tat raġun lil dan is-sit għaliex issa sejħitlu l-partner ta’ Prudente. Qabel kienet sejħitlu r-raġel tagħha jew “husband”. Issa l-poplu beda jinduna min irid iqarraq bil-qarrejja tiegħu.

Mela sew għamel Dr Bernard Grech li tkellem fuq il-kunjom ta’ din l-Amerikana u qal li xejn ma hu prudenti f’dan il-każ. Forsi fejn żbalja kien fil-fatt li qal li l-mara ma kienetx prudenti. Naħseb f’dan il-każ, jidher li l-partner tagħha u The Times, ma huma xejn prudenti u issa qed jinqabdu fil-gideb tagħhom stess. Jekk dawn ħasbu li l-poplu Malti għadu beċċun qed jgħarralhom.

Imbagħad għandha ipokreżija oħra. Ara huma jistgħu jużaw kliem dispjegjattiv u jgħajru lil min jipprova jinvestigahom bħala bully. Miskin Jay issa qiegħed jikbi t-tifla li qatel fi Spanja meta t-tobba Għawdxin riedu jagħmlu minn kollox biex isalvahielu u magħha jsalvaw il-ħajja ta’ Andrea Prudente li nfakkar qatt ma kienet fil-periklu. U għax il-poplu qiegħed jitkellem fuq dan il-każ u jikxef li Andrea Prudente qatt ma kienet fil-periklu, – fuq kollox dan qed jgħidu l-avukat tal-istat – The Times tipprova titfa’ sentimenti koroh kontra dawk kollha li qed jistaqsu x’ġara sewwa sew f’dan il-każ. Fuq kollox, The Times tgħid li mhux veru li dan il-każ sar biex jiddaħħal l-abort f’Malta, meta l-Prim Ministru stess semma’ fil-Parlament li din l-emenda, li biha ser jiddaħħal l-abort, saret minħabba dan il-każ Prudente!

Intant, din il-koppja xtaqu jiċċelebraw it-tqala tagħhom f’Għawdex fejn b’kumbinazzjoni nqalahom kollox u fejn b’kumbinazzjoni hemm sptar immexxi mill-Amerikani. Huwa għalhekk ukoll li kien hemm min talab investigazzjoni profonda fuq dan il-każ. Ara issa l-ġurnaliżmu investigattiv ma għandux jgħodd. Dak li nista’ ngħid li The Times spiċċat tirċievi ħafna kummenti negattivi minn nies diversi li kkritikaw il-mod ta’ kif seħħew l-affarijiet u kif din il-gazzetta qed tirrapporta dan il-każ.

Dak li hu tajjeb li għal ħafna nies, dan l-artiklu ma niżlilhomx tajjeb. Aktar ma naqra aktar nikkonvinċi ruħi li The Times spiċċat f’sitwazzjoni mbarazzanti. Ġa hija ovvja li l-linja editorjali hija favur l-abort. Ġa hija ovvja li qed jagħtu palata jew aħjar użaw lil din il-koppja Amerikana għall-aġenda tagħhom. Imma huwa ovvju wkoll li ħafna illum qed jiddissaċjaw ruħhom minn din il-gazzetta u mhux qed jiddejqu juru li ma jaqblux magħha.

Imma jekk hemm persuni li tilfu kull sensittiva huma l-ġurnalisti ta’ The Times u din il-kopja li wara li għamlu abort, jmorru jgħidu li dawk li huma kontra l-abort qed jieħdu pjaċir bil-mewt tat-tifla tagħhom. Dawk li huma kontra l-abort qed jgħidu lil din il-kopja li missu ħallew lit-tobba Għawdxi isalvalhom it-tarbija għaliex qatt ħajjet Andrea Prudente ma kienet fil-periklu. Issa kulħadd jista’ jikkonkludi min verament qed jiddispjaċih għal din it-tifla li ġiet maqtula fi Spanja.

Issa kulħadd jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu min verament tilef is-sensittivita u telaq għal rasu jitkellem fuq affarijiet li kien jagħmel ħafna aktar ġid li kieku ma qalhomx u żamm lura meta issa dan il-każ huwa suġġett għall-kawżi ta’ libelli u oħra ta’ kumpens.

One thought on “Ta’ The Times jippruvaw jagħtu palata lil Jay Weeldreyer waqt li jikkonfermaw li dak li ppubblika f’dan is-sit huwa minnu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *