Ħamiema ta’ dilettant Malti ittir aktar minn 750 kilometru f’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa – minn Sqallija sa Montenegro

Charles Gauci huwa persuna dilettanta kbira tal-ħamiem tat-tiġrija. Ftit tal-jiem ilu, is-Sur Gauci kellu sorpriża meta nhar il-Ħamis 8 ta’ Diċembru tellaq il-ħamiem f’tiġrija normali minn post jismu Belveder fi Sqallija. Is-sorpriża ħadha l-għada l-ġimgħa filgħodu kmieni fejn irċieva telefonata minn Montenegro fejn dilettant ieħor tal-ħamiem infurmah li l-ħamiema minn tiegħu daħlet fil-gallinar tiegħu.

Din il-ħamiema wasslet Montenegro l-Ġimgħa filgħodu. Dan ifisser li din il-ħamiema taret aktar minn 750km f’inqas minn erba’ u għoxrin siegħa. Dan kien possibli peress li Charles Gauci dejjem ilibbes il-ħamiem tiegħu b’ċurkett bid-detallji tiegħu. Hija x-xewqa ta Charles li l-ħamiema jkun jista’ jġibha lura, b’xi mod jew iehor. Tgħid ser jirnexxielu?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *