Robert Aquilina jfakkar lil Robert Abela li hu obbligat lejhom imma ma jgħid xejn fuq l-abort
Qed inġib post li tella’ Robert Aquilina tar-Repubblichini, F’dan il-post, bil-pulit, Aquilina jfakkar lil Robert Abela li hu obbligat lejhom. Bil-mod kif inhu miktub dan il-post, jinħass li Aquilina qed jgħid lil Robert Abela li hu obbligat lejn ir-Repubblichini. Min-naħa tagħhom, ta’ min ifakkar li ir-Repubblichini ma huma qed jgħidu xejn dwar il-kwistjoni tal-abort. Anzi Aquilina qed jikteb dan il-post wara l-protesta massiva li kien hemm mill-anti-abortisti kontra l-gvern. Aquilina jfakkru fil-protesta li organizzaw quddiem Kastilja kontra Muscat li kellha ħafna inqas nies u ġabet, skont Aquilina, il-waqgħa tal-istess Muscat.
Imma waqt li Aquilina jfakkar f’din il-protesta ma huwa jgħid xejn fuq l-abort. Ir-Repubblichini b’ħalqhom magħluq għaliex fil-fond ta’ qalbhom jaqblu ma’ Abela dwaru kif qabel miegħu t-tifel ta’ Daphne, Matthew Caruana Galizia. Dan hu l-post ta’ Robert Aquilina:

Meta l-ispag ikompli jiggebbed minn wara l-kwinti.
“Rih ta’ siegha jnaddaf qiegha” – Maltin favur il-hajja.