Where your opinion counts

L-argument demografiku li ħadd ma jrid jagħmel: b’din l-emenda ta’ Abela, il-Maltin ser jispiċċaw aktar malajr f’minoranza.

Bħalissa, għaddejja diskussjoni ġewwa l-Ingilterra. Għadu kif sar ċensiment u ħareġ li n-numru ta’ Kristjani fl-Ingilterra qiegħed jinżel u dawk tal-Musulmani qiegħed tiela’. L-argument hawn mhux wieħed favur jew kontra l-Islam, jew favur jew kontra l-Kristjani, imma dwar jekk iċ-ċivilta’ Kristjana li għamlet lill-Ingilterra pajjiż kbir hix qed tmut jew le. U jekk qed qed tmut, x’ser ikun hemm minflokha.

Naħseb li wieħed irid jistaqsi jekk dak li jrid jagħmel Robert Abela u Chris Fearne hux ser ikompli jġib lill-Maltin f’minoranza f’pajjiżhom, Forsi għal ħafna, dan l-argument jinstema’ wieħed razzista. Imma dan mhux argument razzista imma wieħed demografiku. Ikun qed ngħid sew jekk ngħid li waħda mir-riżultati ta’ din l-emenda hija dik li l-Maltin jispiċċaw f’minoranza ġewwa pajjiżhom aktar malajr milli wieħed jaħseb?

Hu fatt li l-Maltin illum mhux jagħmlu tfal. Il-Maltin qegħdin taħt ir-replacement level. Mela dak li qed joffri l-Prim Ministru Abela mhux li jsib xi soluzzjoni għal każ Prudente. Din qatt ma kienet fil-periklu. Il-vera realta’ hija li l-Prim Ministru jrid juża dan il-każ biex idaħħal l-abort f’Malta. Għal-liberali u l-woke, din tinstema’ rebħa kbira.  

Għalhekk fiċ-ċirkustanzi preżenti dawn l-emendi tal-Gvern mhumiex biss inutli, imma ser ikomplu jnaqqsu r-rata ta’ twelid f’Malta. Ovvjament għal dawk li huma favur dan il-fatt, din ma għandhiex tkun hemm problema. Ġa għandna fertilita’ baxxa li ser twassal biex tonqos il-popolazzjoni Maltija. Dan ifisser li qed imutu aktar milli qed jitwieldu Maltin. B’hekk il-popolazzjoni tal-Maltin ser tonqos, imma mhux bil-fors il-popolazzjoni ta’ Malta. Min-naħa l-oħra nafu li l-popolazzjoni tagħna għadha qed tikber. Il-popolazzjoni tikber grazzi għall-immigrazzjoni. Huma l-immigranti li l-aktar qed jagħmlu tfal f’Malta.

B’hekk jekk tidħol din il-liġi, din mhix qed tidħol biex tikkontrolla n-numru ta’ twelidijiet ta’ dawn il-barranin li ġejjin fostna, imma kif qed jgħid l-istess gvern, din ser tkun qed tikkontrolla t-twelidijiet tat-tfal Maltin. Wieħed għandu biss jara l-argumenti li qed iġibu dawk li huma favur din l-emenda tal-gvern. Kollha qed jgħidu li din hija għall-ommijiet Maltin. Anzi jsemmu li kieku kienet it-tifla tiegħek – jiġifieri ta’ xi ħadd Malti – kienet tiġi bżonnu, kont tħalliha tmut? Ħadd ma hu qed isemmi jekk din hix ser tkun użata mill-barranin li qed jgħixu f’nofsna! Forsi dawn ikollhom bżonnha. F’din id-diskussjoni kollha, il-barrani jew għarieb mhux qed jissemma. Dan għaliex dawk li qed jagħmlu dan l-argument favur din l-emenda, jafu li l-barranin ma humiex ser ikun qed jagħmlu użu minn din l-emenda. Anzi dan kollu beda minħabba koppja barranija. Din l-istess barranija jew il-partner tagħha ma ġiex joqgħod f’Malta imma kienu kumbinazzjoni fuq btala f’pajjiżna!

Għalhekk meta Robert Abela ser ikun qed ibexxaq l-bieb għall-abort, l-aktar li ser imorru ħażin huwa ħafna mil-Laburisti li qed jgħajtu favur tagħha. Il-bażi tal-istess partit tiegħu l-aktar li tgerger kontra l-barranin. B’din il-liġi, is-saħħa ta’ dawn il-barranin ser tkompli tikber u mhux tonqos f’termini demografiċi.  

Waqt id-diskors li l-arċisqof Scicluna għamel fl-okkazzjoni tal-festa ta’ Kristu Re, semma’ li uffiċjalment l-abort iddaħħal l-Ingilterra bħala eċċezzjoni minħabba saħħet l-omm bi tqala diffiċli.  Din l-emenda spiċċat biex serviet biex iddaħħal l-abort u llum eluf ta’ trabi qed jinqatlu qabel jitwieldu. Imma dak li ħadd ma hu qed jgħid, huwa li din il-fakulta’ l-aktar li qed tintuża mill-Ingliżi u ftit li xejn mill-immigranti li jmorru l-Ingilterra. Dan iċ-ċensiment li għadu kif sar fl-Ingilterra qiegħed jirrifletti anki din ir-realta’.

Mela biex nuża kliem razzista, din l-emenda fl-Ingilterra qed tintuża mill-bojod u qed tgħin biex il-bojod jispiċċaw f’minoranza. Ara dan il-fatt ħadd ma hu qed jgħidu. Il-problema hawn mhux waħda ta’ ġilda, imma waħda ta’ kultura. Il-liberali jaħsbu li għandhom xi kultura dominanti imma bil-kultura tagħhom qed twassal biex tinkisser u tinqatel iċ-ċivilta’ li sawret lill-Punent. Din il-qerda llum qed tkun assoċjata’ b’mod ħażin ma’ kunċett ta’ razza jew ta’ ġilda.

Imma ħadd ma hu qed jitkellem fuq l-abort u jekk dan hux qed jikkontribwixxi għal qerda tal-kultura Ewropeja għaliex dan l-aktar li qed jintuża minn dawk li l-Liberali u s-Soċjalisti jissejħu bħala “the privileged white women“. Ara razez oħra ma jsemmuhomx. Għaliex “the underprivileged” jiġifieri t-tfal tal-immigranti ma tantx jużawh l-abort. Mela l-gwerra demografika fil-punent qatt ma tista’ tintrebaħ mill-“bniedem abjad”.

Dak li mhux qed jingħad li waqt li l-Ingilterra ħadet ħafna snin biex ir-raġel “abjad” – qed ngħid dan għal min jemmen f’kunċetti ta’ razza – jispiċċa f’minoranza, b’emenda bħal din ġewwa Malta, dan il-proċess demografiku ser jieħu inqas żmien u fi ftit snin oħra jibda jkollna żoni f’Malta, fejn il-Maltin ser jispiċċaw f’minoranza. Forsi hemm min ġa qed jgħid li din ir-realta’ ġa teżisti. Dak li hu żgur, li dawn ir-realtajiet ser jiżdiedu.  Il-problema tinsab mhux fil-fatt li dan qed jiġri, imma fil-fatt li dan mhux qed jiġri b’mod naturali u għalhekk jinħolqu żvilanċ soċjali.  

U min jaħseb li dan mhux minnu, kemm ngħidlu fil-punent, liġijiet ta’ sterilizzazzjoni intużaw l-aktar fil-konfront ta’ familji ta’ immigranti milli dawk tal-“privileged white man“. Imma mbagħad ħadd ma hu kapaċi jistaqsi jekk dawn il-liġijiet ta’ sterilizzazzjoni, li anki aħna rridu ndaħħlu f’pajjiżna, qedx indaħħluhom biex forsi jibbilanċjaw dawn l-effetti negattivi li l-abort ser iħalli fuq il-popolazzjoni tagħna?

Għaldaqstant f’din is-sitwazzjoni, il-Prim Ministru Abela mhux sejjer biss ibexxaq il-bieb għall-abort, imma ser ikun qed jgħin biex ikompli jġib lill-Maltin f’qagħda minoritarja b’mod mill-aktar żnaturali. Fi kliem ieħor, dawk li llum l-aktar li qed jgħajtu favur din l-emenda tal-abort ser jispiċċaw l-aktar li jbatu minnha. Verament min xarrbu dejjem spiċċa jieklu l-bakkaljaw.

2 thoughts on “L-argument demografiku li ħadd ma jrid jagħmel: b’din l-emenda ta’ Abela, il-Maltin ser jispiċċaw aktar malajr f’minoranza.

  1. U Il Maltin min huma ?…. Mhux bhall haddiehor tahlita ta umanita? U jekk thares lejn l’istati Uniti , forsi l’ikbar super power Tal l’istorja tal bniedem,… mhux minestra shiha Humana wkoll ?…..

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *