Ngħid prosit lit-tabiba Joelle Azzopardi talli ma waqatx għall-provokazzjonijiet ta’ Emma Portelli Bonnici

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Araw daqxejn il-qerq intenzjonat tal-Pro-Choice. Dan il-qerq intqal fuq l-istazzjon tal-knisja. Hawnhekk qed nirreferi għal Emma Portelli Bonnici. Hija tagħmel argument rigward l-illegalita’ tal-pilloli abortivi li jippovdu l-FPAS. Tixtrihom online u jiġu bil-posta.

Min segwiha seta’ jinnuta kif Emma Portelli Bonnici pprovat isemmi l-isem tal-pilloli pero’ tieqaf ħesrem. Forsi għax konxja li huma pprojbiti u illegali u għaldaqstant ma tridx tikkomprometti lilha innifisha? Pero Emma Portelli Bonnici ma tieqafx hemmhekk. Imma ddur fuq Dr .Joelle Azzopardi u tistidina biex tkun hi li ssemmi l-isem minflokha bit-tama li it-tabiba ikolla ‘a slip of the tounge’.

Apparti li l-Awtorita tax-Xandir ma tippermettilekx li tagħmel reklam għal raġunijiet ovvji. Fuq kollox dawn huma illegali. Min jirriklamhom qiegħed jirriklama sustanza projbita u illegali. Emma Portelli Bonnici tipprova tikkomprometti lit-tabiba bit-tama li dan l-i”slip of the tounge” iwassal biex jiġi żvelat l-isem ta’ dawn it-“two pills” u finalment ma tkunx Emma Portelli Bonnici li tkun żvelat u rreklamat l-isem imma it-tabiba.

Immedjatament wara, araw ir-reazzjoni tat-tabiba. Minix ikkwalifikat biex ninterpreta u naqra l-body language, pero’ ma nkunx qed immur il-bogħod jekk niddeduċi li f’dak il-mument Dr. Joelle Azzopardi gidmet duffrejha bejn biex iżżomm lilha innifisha milli jaqbżilha l-isem u bejn taħlita ta’ emozzjonijiet ta’ rabja u frustrazzjoni għal din il-provokazzjoni ċara.

Prosit lil din it-tabiba li irnexxilha żżomm il-ġabra tagħha tant tajjeb hawnhekk. Mhux kulħadd kapaċi iżomm dak il-komportament meta ffaccjat b’qerq u ingann ‘in your face‘ ta dan it-tip. It-tajba kienet li Emma Portelli Bonnici kienet waħda minn dawk in-nisa li ġew imbuttati mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni li għaddiet a skapitu ta’ kandidati oħrajn.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *