Edwin Vassallo juri kuraġġ u jikxef l-ipokreżija ta’ The Times wara li tellgħu karikatura biex jirredikolaw lill-Madonna u jpenġuha bħala mara qed tfittex l-abort.

L-ipokrezija ta’ The Times ma tafx liemu u l-anqas fadalhom aktar żejt f’wiċċhom. Mela, The Times għamlet kampanja sħiħa kontra Fr. David Muscat għaliex qal li l-gayyaġni hija agħar mill-possessjoni. Dan tqiset bħala hate speech kontra l-gays anki jekk dan kien kumment f’sensiela twila ta’ kummenti jew diskussjoni dwar id-delitt li sar fl-ewwel tas-sena. Għamlet editorjal kontra Bernard Grech għaliex qal li Andrea Prudente ma kienet xejn prudenti wara li marret barra minn Malta titkellem kontra pajjiżna u t-tobba tagħna.

Ara issa, dan il-ġurnal ma ddejjaqx itella’ karikatura li tirredikola l-Milied u ġġib lill-Madonna bħala mara li qed tfittex taborti lil Ġesu’. Ara hemmhekk ok, li l-ġurnalisti tal-woke jippruvaw jirredikolaw lit-twemmin tal-Kattoliċi u jżebilgħuh. Imma mbagħad jekk xi ħadd, bħal David Muscat, jikteb xi ħaġa li din tista’ titqies li b’mod remot hija jew tweġġa’ s-sentimenti tal-gays, hemmhekk l-istat u l-pulizija jagħmlu kampanja sħiħa kontra dak li jkun. Jekk Bernard Grech jgħid il-verita’ wara l-każ Prudente, hemmhekk l-editur jikteb editorjal biex jiddefendi Amerikana li marret tgħajjar lill-pajjiżna!

Hu ċar, li llum, The Times hija forża marbuta mal-korrotti u mħallsa minnhom imma mbagħad dan il-ġurnal jrid jilgħabha tal-cool.

Dan hu l-kumment ta’ Edwin Vassallo fuq dan il-fatt:

Meta tat-Times of Malta, kien hemm marmalja u kissritilhom kollox u ħalliet lit-Times homeless, dak inhar ma kinux jaħsbu li jagħmlu din il-karikatura.

Dik il-marmalja, illum tissinifika l-aġent tal-mewt għat-tarbija fil-ġuf.

Dak inhar tat-Times kienu l-vittma.

Dak inhar huma kellhom il-mannara ma’ għonqhom.

Illum dawn l-istess nies li darba sfaw vittma ta’ attakk inġust li jrid jeqridhom, iridu llum jirredikolaw ir-reliġjon ta’ poplu li bil-ġurnaliżmu tagħhom jagħtuh servizz. Illum dawn id-difensuri tad-demokrazija u l-libertá, qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-qtil inġust tal-innoċenti, bl-abort li jrid il-Gvern.

Illum tat-Times għażlu li jsostnu Gvern li jrid jagħmel possibbli l-qtil ta’ tarbija f’ġuf l-omm.

Illum din it-tarbija innoċenti hija l-vittma ta’ kattiverija, ta’ attakk vjolenti li kapaċi jbiċċer tarbija sa ftit sigħat qabel it-twelid.

Iż-żminijiet jinbidlu. In-nies jinbiddlu, iżda l-mument tal-prova jiġi fuq kulħadd, u meta l-mannara tkun ma’ għonqok tistħi li tkun għamilt din il-karikatura u tisħi s-siegħa u l-mument li fih tkun parti minn marmalja li ħadmet biex f’pajjiżna tidħol il-mewt sfurzata fuq tarbija innoċenti li ma tistax tiddefendi lilha nnifisha.

4 thoughts on “Edwin Vassallo juri kuraġġ u jikxef l-ipokreżija ta’ The Times wara li tellgħu karikatura biex jirredikolaw lill-Madonna u jpenġuha bħala mara qed tfittex l-abort.

  1. This is a continuation of my series of blogs where it was shown how: the Woke persecute Christian teachers, physicians and other professionals, up till the point that these are fired from employment and: how they make fun of Christ in making Him look as being transgender.

    Thank you Edwin Vassallo, for speaking up against this anti-Christian regime which is trying to take hold of our society until it makes it kneel on its knees in front of this anti-Christian agenda.

    In unity, we tell them: The answer is and will always be no.

  2. SHAME ON YOU TIMES .
    GHAMLU BHALI TIXTRUX IZJED IT – TAMES .FEJN GEJNA LI IWAQQAW LIL MADONNA GHAC – CAJT .

  3. Dan tat Times of Malta, ghamluh ghax minghalihom qed joffendu bis dawk ta fidi Kattolika u mhux dawk ta xi religjon ohra. Ghaliex li toffendi il religjon Kattolika hi permessibli u bla konsegwenzi. Mhux bhal meta toffendi xi religjon ohra bhal ma hi dik Islamika. Pero, li ma jafux tat Times of Malta hi li meta tirredikola lill Santa Marija, (hekk kif insejhula ahna il Kattolici), dawn, f’ istess hin, qed joffendu il religjon Islamika. F’Islam lill Santa Marija issejhula Mariam. Mariam hi rikonoxxuta ukoll f’Islam li hi omm il Gesu, li huma issejhulu Isa. Ghal Islam, Isa hu il profeta favorit ta Alla, Allah. Tant, li huma jehmnu li ghal jum tal gudizzju, Allah lill Isa ser jibghat u mhux lill Profeta Muhammad. Ghal Islam, Mariam hi mara qaddisa ukoll, u bhal il Kattolici ukoll jehmnu li Mariam hi omm vergni. Dan kollhu iffisser li isem Mariam hu sagru daqs, jekk mhux iktar mil isem ta Muhammad, u l-istess jghodd ghal immagini taghha. Tant kemm hi meqjusa importanti Mariam, li unika Moskeja ufficjali li ghandha Malta, dik ta Paola, hi imsejha ghalija, Mariam Al-Batool Mosque ( “The Virgin Mary Mosque”) . Cert li kieku tat Times of Malta jafu dan kollhu, dik il karikattura ihhasruwa malajr kemm jista ikun, jew ahjar, lanqas kienu biss jazzardaw jippublikawa. Dan ghax hu zgur li “Guts” li joffendu l’Islam, ma ghandhomx! U kif qedin fis suggett. Il suppost raghaj u Champion tal religjon Kattolika ta Malta Archqisqof Chales Guda (Jude) Scicluna, ghazel li ma jikkundannahiex din il karikatura. Ma tarax ser johrog ghonqu ghalhekk, Dak johrog ghanqu biss fejn jaqbilklu. Fejn jista jidher biss forsi jakwista il karlotta il hamra!! https://en.wikipedia.org/wiki/Mariam_Al-Batool_Mosque

  4. Jien kont nixtriha meta kienet gurnal tajjeb u veru indipendenti b’ingliz tajjeb. Izda ma’ bqajtx meta thamget. Meta harquha l-istess marmalja li qed taghmila maghha, marru ghand il-PN biex jipprintjawilhom il-gazzetta. Insew minn xhiex ghaddew u issa dan il-gurnal waqa f’dan il-livell baxx li joffendi lil min jemmen. Ara veru kaz ta’ hdura lejn il-kattolici. Kieku ghamlu hekk lil xi religjon ohra min jaf x’kien iqum, bhal ma gara f’xi pajjizi ohra?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *