L-editur ta’ The Times, Herman Grech, akkużat b’faċċoliżmu ġurnalistiku wara li tella’ post u ħassru

Ftit tal-jiem ilu, l-editur ta’ The Times, Herman Grech tella’ post u spiċċa akkużat b’faċċoliżmu ġurnalistiku u b’double standards kemm minħabba l-kontenut tal-post u anki għaliex spiċċa ħassru. Dan il-post ittella’ minn Herman Grech fit-30 ta’ Novembru. Dan kien post bl-Ingliż fejn fih, Herman Grech qal li pajjiżna mimli ipokrezija u double standards. Hu kompla jgħid li dan il-fatt, qatt ma waqaf milli jbellħu. Hu qal hekk:

‘The double standards and hypocrisy in this country never cease to amaze me’

Dan wassal biex kien hemm ħafna kummenti fejn bi kliem sempliċi għajruh bħala faċċoll minħabba li l-gazzetta li hu jmexxi qed titqies, aktar u aktar mill-qarrejja, bħala gazzetta ipokrita’ u tmexxi double standards ġurnalistiċi.

Tant kemm kien qawwi l-barrage kontra Herman Grech jew aħjar it-tip ta’ ġurnalizmu ta’ dan l-editur li neħħa dan il-kumment. B’hekk dan il-kumment ma għadux hemm. Dan ifisser li l-kumment tiegħu u dawk li kkummentaw taħtu sparrixxew kollha.

Daqshekk hu paladin tal-liberta’ tal-espressjoni Herman Grech! Infakkar li Herman Grech suppost huwa l-leħen tal-liberta’ tal-espressjoni. Imma meta din l-liberta’ tal-espressjoni tikxef l-ipokrezija ta’ The Times, malajr titneħħa l-pjattaforma fejn in-nies tista’ tesprimi ruħha u tisparixxi. B’hekk, meta jiġri hekk, magħha jisparixxu l-kummenti kollha. Mhux ta’ b’xejn li f’dan il-pajjiż spiċċajna b’ġurnalisti tat-tiben.

Dak li Herman Grech u ġurnalisti bħalu jridu jifhmu li spiċċa ż-żmien meta The Times tiddetta l-aġenda ta’ dan il-pajjiż. Spiċċa ż-żmien li editur jiddeċidi x’jidher f’gazzetta u x’ma jidhirx. Il-media soċjali tat pjattaforma lill-ħafna nies li qabel kienu bla leħen. Wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx ma dak li jgħidu. Imma l-ebda libell u l-ebda liġi ta’ hate speech m’hu ser iżżomm lin-nies li jesprimu ruħhom jew l-espressjoni tal-liberta’ tal-kelma tista’ tiġi kkontrollata minn xi editur.

B’hekk, din l-istorja turi li l-ebda editur ma hu ser ikun kapaċi jikkontrolla kif persuni jitkellmu jew jesprimu ruħhom.

Deo gratias li spiċċa ż-żmien fejn editur jista’ jagħlaq il-ħalq ta’ xi ħadd!

One thought on “L-editur ta’ The Times, Herman Grech, akkużat b’faċċoliżmu ġurnalistiku wara li tella’ post u ħassru

  1. Tat-t.o.m jaghlaq il-halq ta-hafna li-jikumentaw fuq il-pagni taghhom meta ikun jaqblilhom u suget ihaluh miftuh ghall kumenti. dan jaghmluh ghax jipretendu li umma laqwa pilastru tal-four pillar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *