Is-survey tal-lum tal-Malta Today jikkonferma li Adrian Delia kien fit-triq it-tajba: huma l-woke il-problema fil-PN.

Illum, il-Malta Today tatna survey fejn fih deher li l-Lejber niżel ftit u l-PN tela’. Wieħed irid jaqra dan is-survey f’dak li ġara f’dawn il-ġimgħat fejn Adrian Delia mexxa kampanja favur il-ħajja u kontra l-aġenda woke li hemm bħalissa f’pajjiżna. Mela dan li qed jiġri mhux minħabba Bernard Grech – kif ġie insinwat mill-Malta Today, imma minħabba l-input li qed jagħti Adrian Delia.

Mela Adrian Delia kien fit-triq it-tajba meta insista dwar in-new way, jiġifieri li l-Partit Nazzjonalista jmur għall-egħruq konservattivi tiegħu. Imma persuna bħal Louis Galea u l-establishment liberali riedu mod ieħor. Riedu jagħmlu l-PN partit woke biex jogħġbu li xi persuni bħal Joe Biden jew Hillary Clinton. Infakkar li fl-Ambaxxata Amerikana kien hemm min imexxi dawn l-aġendi u kien qed jaħdem kontra Adrian Delia.

Ara issa għaliex il-PN qed jieħu pożizzjoni konservattiva, f’daqqa waħda il-PN issaħħaħ. Kull ma nista’ ngħid huwa li meta sar l-aħħar eżami elettorali mill-Partit Nazzjonalista, li jien kont membru tiegħu, deher ċar li l-uniku soluzzjoni li kellu l-PN biex jimxi ‘l quddiem kien li jmur għall-għeruq konservattivi tiegħu. Minflok, iddeċidu bil-kontra. Il-woke qalu li l-PN tilef għaliex kien kontra d-divorzju u dak li kellu jsir hu li jagħmlu mill-PN partit liberali. Il-PN kellu jieħu għaxar snin biex jasal għaliha.

B’hekk ġew mgħajta nies liberali biex imexxu din l-aġenda woke u l-PN kompja jnaqqas mill-voti, waqt li l-establishment – mgħejjuna minn xi erba’ fl-Ambaxxata Amerikana – mexxew aġenda woke li wasslet biex biddlet kap ta’ partit u kważi kissret lill-PN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *