Lil Manuel Cuschieri waqqfulu l-programm għaliex ma rieduhx jgħid li hu kontra li Lawrence Gonzi jsir president jew jitkellem favur Rosianne Cutajar jew Joseph Muscat
Dan is-sit kien żvela li wieħed mill-ftehim sigriet li ntlaħaq bejn Robert Abela u l-klikka li għamlet lil Bernard Grech mexxej tal-Partit Laburista kienet dik li Lawrence Gonzi jsir president tar-Repubblika. Dan is-sit kien ħabbar li fil-Partit Nazzjonalista kien hemm ftit kontroversja għaliex f’din l-istess klikka li għamlet lil Bernard Grech mexxej, kien maqsuma. Fost ta’ Repubblika kien hemm min qed jaħdem favur Lawrence Gonzi imma kien hemm oħrajn li l-president ikun Louis Galea.
Niftakar ħafna Laburisti fuq dan is-sit kienu qaluli li din mhix vera. Issa qed tkun konfermata minn Emanuel Cuschieri nnifsu. Cuschieri qed jgħid li waħda mir-ragunijiet għala twaqqaf milli jkompli bil-programm politiku tiegħu fuq One Radio għaliex ma rieduhx, mill-amministrazzjoni Laburista jitkellem kontra l-fatt li Lawrence Gonzi jsir president tar-Repubblika wara George Vella.
Fuq kollox, Manuel Cuschieri kkonferma dak li kien qed jirrapporta dan is-sit li kien hemm manuvri kontra Rosianne Cutajar u anki kontra Joseph Muscat mill-klikka ta’ Robert Abela. Dan hu dak li kiteb Cuscheri:
xi ħadd mill-PARTIT LABURISTA ried jagħmilni pupazz tiegħu… riedni ma nsemmix lil JOSEPH MUSCAT, lil ROSIANNE CUTAJAR, ma ngħidx li jien kontra li LAWRENCE GONZI jsir President tar-Repubblika u raġunijiet oħra li se nkompli nsemmi fiż-żmien li ġej… u jien għidtilhom le…
Infakkar li ta’ Repubblika kienu organizzaw protesta kontra Rosianne Cutajar u mmedjatament Robert Abela talabha tirreżenja minn segretarja parlamentari. Infakkar li Cutajar ma kienet għamlet xejn illegali. Ġiet mġegħla tirreżenja għaliex meta kienet deputat kienet issemmit fi trattazzjoni ta’ bejgħ li fiha kien hemm kemm Yorgen Fenech u anki r-raġel tal-imħallfa Lofarlo. Imma f’din l-istorja tas-senserija ma kien hemm xejn illegali. Kien hemm oħrajn li nqabdu f’korruzzjoni diretta u Abela ddefendihom u ta’ Repubblika qatt ma pprotestat kontra tagħhom. Issa qed tibdew tifhmu għala dan is-sit kien jirrapporta li ta’ Repubblika huma biċċa waħda ma’ Robert Abela!
Infakkar lill-qarrejja li kien dan is-sit, qabel l-elezzjoni li għaddiet li kien qal li Chris Fearne qed jaħseb biex imur kummissarju fl-Ewropa. Issa din qed tingħad mill-media u kien dan is-sit li kixef li Oliver Magro kien ser jispiċċa jmexxi l-Planning Authority kif fil-fatt ġara.
Qed inġib il-post kollu ta’ Manuel Cuschieri.
Emanuel Cuschieri
– Lill-ħabib tiegħi DR. FRANCO DEBONO…
– Qaluli li fis-siegħat li għaddew int ktibt li jien tkeċċejt mill-ONE RADIO…
– Korrezzjoni żgħira sieħbi FRANCO…
– Jien ma tkeċċejtx minn ONE RADIO…
– Infatti kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija mmur ONE RADIO nippreżenta programm ta’ sagħtejn ta’ mużika TALJANA…mingħajr ma nitħallas bħal dejjem…
– Ta’ ONE RADIO qatt ma għamlu xejn ħażin fil-konfront tiegħi… anzi rispett kbir irċevejt u għadni nirċievi mill-kollegi kollha…
– Infatti nieħu din l-opportunita’ biex ngħidilhom grazzi… b’ mod speċjali mingħajr ma jieħu għalih hadd lil JASON MICALLEF, CLINT BAJADA, RENATO VELLA u MARISA D’ AMATO…
– FRANCO… xi ħadd mill-PARTIT LABURISTA ried jagħmilni pupazz tiegħu… riedni ma nsemmix lil JOSEPH MUSCAT, lil ROSIANNE CUTAJAR, ma ngħidx li jien kontra li LAWRENCE GONZI jsir President tar-Repubblika u raġunijiet oħra li se nkompli nsemmi fiż-żmien li ġej… u jien għidtilhom le…
– U għax għidtilhom le… waqqfu l-programm politiku LINJA DIRETTA…
– Min ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf il-programm se nkun qed insemmih, min konvint li kien wara din id-deċiżjoni se nsemmihom, nies li jaħsbu li jistgħu jistaħbew f’KASTILJA…
– U se nsemmi wkoll lil kull min konvint li ħadem fis-skiet biex jagħti lura l-programm LINJA DIRETTA lis-semmiegħa ta’ ONE RADIO… u anke se nsemmi lil min konvint li ħadem biex iċaħħad lis-semmiegħa mill-programm…
– Il-verita’ trid toħroġ kollha…
– Diga’ bdejt fuq SMASH ġimgħa wara ġimgħa ninforma ln-nies… u hekk se nibqa’ nagħmel…
– FRANCO… int taf x’jiġifieri ma taċċettax li tkun pupazz… naf biżżejjed minn x’hiex għaddejt fi żmien GONZI… saħansitra spiċċajt bil-Pulizija wara l-bieb… u jien niddefendi d-dritt tiegħek li titkellem, kif taf tant tajjeb… tant li kemm-il darba rringrazzjajtni…
– Dakinhar iddefendejtek għax naf li kellek raġun… u għax jien naf li għandi raġun… se nibqa’ nitkellem…
– Mhux nitkellem biss… bdejt ukoll ħidma flimkien ma’ ħafna ohrajn biex dak li hu mgħawweġ niddrittawh...
– Insellmlek ħabib tiegħi FRANCO… grazzi tal-kliem sabiħ li għidt fuqi… u sellili għal ħabib tagħna… l-istilla tal-football MALTI…CARLO SEYCHELL.
Comment …. No comment