“Kieku l-frodisti kienu kollha bħal Fr. Luke Seguna, kieku Malta ġenna tal-art” – John Spiteri Gingell
Qed inġib post ieħor li tella’ John Spiteri Gingell fuq il-Facebook page tiegħu. Fih jikkummenta dwar dak li ġara fil-qorti l-Ġimgħa, meta kompliet tinstema l-kawża kontra Fr. Luke Seguna. Dan hu dak li qal John Spiteri Gingell dwar dan il-każ:
“Araw lil min iridu jikkalpestaw għal ‘frodi’ – li kieku l-frodisti kienu kollha bħalu – kieku Malta ġenna tal-art...
Aqraw l-artiklu tan-NET għax tat-Times u L-Malta Today wara li ħammġuh kemm felħu issa [damu] ma qalulna fuq l-aħħar seduta – xogħlhom għamluh ormaj.
Ma ninsewx lanqas li fis-seduta t’Ottubru, is-segretarju amministrattiv tal-kurja kien stqarr taħt ġurament li wara li għamlu awditjar tal-finanzi tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk: ‘“We deemed nothing abnormal in the figures at the Marsaxlokk parish when compared to the averages registered by other surrounding parishes,” – u mistoqsi “So if no one had flagged anything abnormal, had the church authorities filed any report about Fr Luke,?”
“I personally never filed any report. And none of the senior officials at the Curia did either,” came the reply.
“We filed no report, formal or informal be it with the ecclesiastical or civil authorities,” stressed Pace Ross.
Mistoqsi kif il-knisja saret taf bil-każ huwa wieġeb, “like everyone else did… In fact, the police informed us the day before Seguna’s arraignment. “
Jiġifieri, peress li m’għandhomx prijoritajiet akbar, kienu l-pulizija stess li għażlu li jinvestigawh. Min jaf għalfejn? – Forsi riedu jimpressjonaw potenzi barranin biex ineħħuna mill-grey listing, li taparsi qed nikkombattu s-serq u l-frodi- u flok marru u qabdu ħuta kbira, għamlu bħalma jagħmlu ssoltu u marru wara min hu żgħir u impotenti, u f’dan il-każ persuna li taħseb f’ħaddieħor qabel fiha nnifisha.
Issa tgħallimna ukoll – li nefaq x’nefaq, – l-awdituri tal-knisja stess qed jgħidulna ma kienx minn xejn nieqes minn dak dovut lill-knisja għax kif stqarr Pace Ross – ma sabu xejn abnormali..
U mhux kullhadd jaf kif dan il pajjiz harquh il knisja l qrati l pulizija u fl ahhar mil ahhar il politici.
Il hazin tista tghamlu imma t tajjeb LE.