Il-Graffiti spiċċaw jagħtu support lill-mara li spiċċat tgħajjar lill-pajjiżna u jitolbu għar-reżenja tal-Kap tal-Oppożizzjoni għax ikkritikaha

Il-Graffiti talbu għar-reżenja ta’ Bernard Grech wara dan tal-aħħar tkellem fil-parlament fuq il-każ Prudente. Skont il-Graffiti, Bernard Grech uża kliem ta’ mibegħda. Jien wieħed minn dawk li kkritikajt ħafna lil Bernard Grech, imma fuq din il-biċċa xogħol Bernard Grech għandu raġun.

Imma l-ipokrezija ta’ Graffiti tinsab hawn. Dawn jgħidu li jħobbu lill-pajjiżna mbagħad imorru jagħtu support lil mara li spiċċat titkellem kontra Malta!

Mhux ser inkompli nikkumenta fuq dan il-każ, imma ser inġib x’kiteb Tony Gaffiero. Għamel kumment tajjeb ħafna bl-Inġliż li ser inġibu bil-Malti.

“Tajjeb. Is-Sinjura Prudente ma stħatx li tagħmel pubblika l-istorja tagħha bl-aktar mod possibbli. Dażgur li tista’ tagħmel hekk, imma meta tagħmel hekk, ħadd ma hu obbligat li jċapċaplek”.

Interessanti li dawk li qed iċapċpulha huma dawk tax-Xellug u l-Woke.

Jekk xejn, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li f’dan il-każ, Prudente ma kienet prudenti xejn. u għandu raġun. La darba din għażlet li tagħmel il-każ pubbliku – u din kienet deċiżjoni tagħha – issa trid taċċetta li tkun suġġetta għall-analiżi. Anzi din hija mara Amerikana u suppost taf li fl-Amerika, meta privata persuna tmur fuq il-media ssir ‘a public figure’, tinstenna li l-media ser tanalizza l-azzjonijiet tagħha. Infakkar li dawn tkellmu fuq l-istorja tagħhom kemm mal-media lokali u anki xandruha mad-dinja kollha. Fi kliem ieħor dawn fittxu u sabu “world coverage”.

Mela huma saru figuri pubbliċi bona volonta tagħhom. Mela fejn qiegħed il-fatt li Dr. Bernard Grech qiegħed jiżeblagħhom jew juża kliem ta’ mibegħda fil-konfront tagħhom għaliex qalhom li ma kienu prudenti xejn?

Infakkar li dan is-sit ippubblika l-links li huma fid-domain pubbliku mal-artiklu li jidher li ispira lill-kap tal-Oppożizzjoni għad-diskors tiegħu. Kull ma ser inżid li Jay, jiġifieri l-partner li miegħu Prudente ġiet Malta, ġa neħħa jew għalaq xi affarijiet li qabel kienu fuq id-domain pubbliku u marbuta ma’ din l-istorja li ġiet ippubblikata fuq dan is-sit.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *