Fil-laqgħa li saret tal-grupp Parlamentari Laburista ma saret l-ebda referenza għall-pożizzjoni tal-President ta’ Malta fuq l-abort

Dan is-sit kien irrapporta dwar il-laqgħa li saret tal-grupp Parlamentari Laburista li fiha ġiet diskussa l-emenda li l-gvern irid idaħħal fil-liġi biex permezz tagħha jidħol l-abort f’Malta. Din il-laqgħa kif, kien ħabbar dan is-sit, saret il-Ħamis 1 ta’ Diċembru.

Dak in-nhar stess ta’ din il-laqgħa, The Times ippubblikat l-istorja fejn intqal li l-President tar-Repubblika kien qed jikkonsidra li jirreżenja jekk tgħaddi din l-emenda. Meta ġie mistoqsi dwar din l-istorja, il-President tar-Repubblika qatt ma ċaħad li hu kien qed jikkonsidera dan il-fatt, anzi wieġeb lill-ġurnalisti bil-kliem li l-pożizzjoni tiegħi kulħadd jafha.

Ma hemmx dubju li George Vella huwa raġel ta’ prinċipju. Imma l-anqas fuq dan ma jien ser nitkellem. Dak li hu interessanti jew inkwetanti huwa l-fatt li f’din il-laqgħa tal-grupp Parlamentari Laburista, il-pożizzjoni tal-President ma ġietx diskussa.

Mela l-whip ordna lid-deputati kollha biex ikunu preżenti. Dan għamlu għaliex hemm tenzjonijiet kbar bħalissa fil-Partit Laburista. Imbagħad, dan ir-riskju, veru jew mhux, li l-President tar-Repubblika jista’ jirreżenja jekk tgħaddi din il-liġi ma ġiex diskuss fil-grupp parlamentari. Din turi l-gravita’ tas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Laburista. Anzi din l-istorja turi f’liema arroganza waqa’ l-Partit Laburista jew aħjar il-Prim Ministru Robert Abela.

Wieħed irid jiftakar li George Vella ta servizz lill-Partit Laburista u kien hemm fi żmien meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni. Anzi kien dejjem hemm fl-agħar żmien, inkluż wara t-telfa tal-elezzjoni tal-1998.

Jidher ċar li Robert Abela jrid jarmi lil George Vella u jidher ċar li lest jibqa’ għaddej b’din l-emenda biex jumiljah personalment. Insomma, għandna prim ministru, li aktar ma qiegħed jgħaddi ż-żmien, aktar qed iġib ruħu ta’ imperatur u l-aktar li qed ikun arroganti huwa ma’ dawk il-Laburisti li huwa akkaniti jew mitqiesa li huma ta’ Joseph Muscat.

4 thoughts on “Fil-laqgħa li saret tal-grupp Parlamentari Laburista ma saret l-ebda referenza għall-pożizzjoni tal-President ta’ Malta fuq l-abort

    1. ”The President will never be bullied or coerced” nobody doubts that Vella will not. And nobody is trying too. Vella situation as is — Vella as President as well as a person that was always part of the labour party have a right to his personal opinion and feeling and nobody is saying otherwise, but that right of his he cannot pretend that what a democratically elected parliament approve approves should be changed because he doesn’t agree. The Vella situation as is —- If his personal feelings doesn’t allow him to sign the bill he have to resign as he is constitutionally obliged to sign anything that a democratically elected parliament approves. These blab blab blab about Vella having to resign his office because he does not agree with the bill is understandable, But these blabers should rest assured that if Vella resigns a new President will be appointed and parliament will go on with its work.

  1. The president does not necessarily need to resign. The law is clearly anti-constitutional – The President has at his disposal some of the finest legal minds with whom I am sure he will discuss his options. This is what gives our president quite a bit of power when on paper it seems he doesn’t, as the guarantor of the constitution he can create a constitutional crisis by referring the law to the constitutional courts…

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *