NGOs jingħaqdu fi protesta kontra l-abort il-Ħadd li ġej quddiem Kastilja fit-3 pm
Numru ta’ NGOs li qed jisħqu li l-Gvern ser idaħħal l-abort bil-moħbi ser jorganizzaw protesta nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru quddiem Kastilja ġewwa l-Belt Valletta. Tliet NGOs qed jingħaqdu flimkien f’din il-protesta nazzjonali fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta fit-3pm biex jopponu l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-leġiżlazzjoni dwar l-abort.
Il-fondazzjoni Life Network, Doctors for Life u I See Life qegħdin isostnu li l-emendi mħabbra mill-Gvern se jdaħħlu “bil-moħbi” l-abort f’Malta.
“Jekk l-emenda tal-Gvern issir liġi l-abort se jkun permess għal kwalunkwe raġuni li tista’ jaffettwa s-saħħa tal-omm, inkluża s-saħħa mentali. Fir-Renju Unit isir abort kull tliet minuti għal raġunijiet ta’ saħħa mentali,” qal Life Network fit-tħabbira tal-protesta.
“Nistiednu lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex jingħaqdu magħna fil-protesta u jibagħtu messaġġ ċar lill-Gvern li m’għandu ebda mandat li jintroduċi l-abort u wisq inqas li jagħmel dan bil-moħbi,” kompla Life Network.
