L-eks-Kandidata tal-PN Emma Portelli Bonnici tiftaħ il-kanuni kontra Bernard Grech

Issa kien imiss lil Emma Portelli Bonniċi biex tiftaħ il-kanuni tagħha kontra Bernard Grech. Emma Portelli Bonnici hija favur l-abort u kienet waħda mill-kandidati li Bernard Grech kien imbotta ħafna fl-aħħar elezzjoni għal skapitu ta’ kandidati oħra.

Issa Emma Portelli Bonnici spiċċat tgħajjar lil Bernard Grech u ngħaqdet ma’ esponenti Soċjalisti u tax-xellug fil-kampanja favur l-abort.

Nixtieq infakkar li meta kien hemm il-ġlieda fil-Partit Nazzjonalista dwar l-għażla ta’ kap ġdid, dawk li kienu wara Adrian Delia kienu ġew mgħajra li kienu fil-but tal-Partit Soċjalista. Emma Portelli Bonnici kienet waħda minn dawk li l-aktar li ħadmu biex tgħajjar Adrian Delia minn kap. Issa ħierġa l-vera raġuni għala Emma Portelli Bonnici, flimkien mal-mentor ta’ dan il-grupp Louis Galea, lil Adrian Delia ma riedux kap.

Huma riedu l-Bernard Grech biex jimmanipulawh kif iridu.

Issa ħiereġ min verament kien fil-but tal-Partit Soċjalista!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *