Dr. Lara Dimitrijevic tiftaħ libel kontra tiegħi f’isem il-koppja Prudente f’attakk dirett fuq il-liberta tal-espressjoni

Skont il-Malta Today, l-avukata Lara Dimitrijevic fetħet kawża ta’ libel f’isem il-koppja Prudente kontra tiegħi . F’dan li nkiteb u ntqal mill-Malta Today huwa li Lara Dimitrijevic qed tiftaħ din il-kawża minħabba dak li ġie ppubblika fis-sit tiegħi dwar il-każ Prudente. Imma mbagħad, il-Malta Today evitat li tagħmel referenza għal dak li nkiteb f’dan is-sit fuq dan il-każ. Minflok, il-ġurnalista tal-Malta Today, Matthew Vella, iffoka l-artiklu tiegħu fuq x’qal Jason Azzopardi li huwa wkoll qed ikun mfittex minħabba dak li kiteb hu f’artiklu separat fuq dan il-każ.

Matthew Vella għażel li jsejjaħli right-wing academic u mbagħad ma qal fejn, fl-artiklu li ġie ppubblikat minnu dwar l-affarijiet libellużi jew xi sentimenti right wing fih l-artiklu nkwistjoni. Imma l-aqwa li Matthew Vella jagħti t-titli.

Onestament illum ma tantx jimpurtani mit-titli li jagħtini Matthew Vella. Imma dak li hu interessanti, li Vella ddedika l-artiklu tiegħu biex jgħid x’qal Azzopardi u l-anqas kelma waħda dwar dak li nkiteb f’dan is-sit dwar dan il-każ. Min jaf għaliex Vella jibża’ jikteb u jgħid x’inkiteb f’dan is-sit dwar dan il-każ?

Min-naħa tiegħi, dan il-libel, immexxi minn Lara Dimitrijevic, mhux ser ibeżżgħani. Jien ser inkompli nikteb u nagħti spazju lin-nies sejri biex jiktbu, kif għamilt fuq l-artiklu inkwistjoni. Hu fatt magħruf li n-nies tax-xellug, bħal l-avukata Lara Dimitrijevic, qatt ma kienu komdi bil-liberta’ tal-espressjoni.

Imma jekk Dimitrjevic qed taħseb li ser tagħlaqli ħalqi b’dan il-libel, qed jgħarralha bil-kbir.

One thought on “Dr. Lara Dimitrijevic tiftaħ libel kontra tiegħi f’isem il-koppja Prudente f’attakk dirett fuq il-liberta tal-espressjoni

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *