Adrian Delia jippubblika l-ittra li bagħat lill-President tar-Repubblika fejn jgħid li l-President hu fid-dover li ma jiffirmax emenda li hija anti-kostituzzjonali

Qed inġib l-ittra li bagħat Adrian Delia lill-President tar-Repubblika. F’din l-ittra, Adrian Delia fakkar li meta l-Parlament kien ġie għall-ħatra ta’ George Vella bħala president tar-Repubblika, kien hemm qbil unanimu dwaru fil-Kamra tad-Deputati. Delia fakkar li d-deputati Nazzjonalisti kienu qablu ma’ din l-għażla għaliex George Vella kien bniedem kontra l-abort.

Issa dan il-pajjiż għandu din l-isfida quddiemu ta’ din l-emenda mressqa mill-Gvern Laburista.

Adrian Delia jikteb kliem ta’ nkoraġġament lill-President tar-Repubblika waqt li jfakkru li hu l-garanti tal-Kostituzzjoni u b’hekk ma jista’ qatt japprova liġi li tmur kontra l-istess kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Fl-istess waqt jgħidlu li ma għandux jabbdika minn president għaliex jekk liġi jew emenda fil-liġi hija anti-kostituzzjonali, il-President tar-Repubblika hu fid-dmir li ma jiffirmahiex. B’hekk Adrian Delia jagħlaq l-ittra billi jgħid lill-President biex jimxi mal-kuxjenza tiegħu u jżomm sod mal-ħalfa li ħa meta sar President ta’ Malta.

3 thoughts on “Adrian Delia jippubblika l-ittra li bagħat lill-President tar-Repubblika fejn jgħid li l-President hu fid-dover li ma jiffirmax emenda li hija anti-kostituzzjonali

  1. What Dr. Delia is missing, either on purpose or due to ignorance, is that the anti-abortion law is, itself, unconstitutional because it breaches Article 32 of the Constitution’s Chapter IV — Fundamental Rights and Freedoms of the Individual.
    A woman is an “individual”; a foetus is not!
    The foetus has no rights!
    “Rights” are those enshrined in the Constitution, and the European Convention on Human Rights.
    Anything else is pure fiction.
    Therefore, it should be repealed!

  2. Dear Sir,
    Fundamental Freedoms of any person do not extend to terminating the life of others. You may call me ignorant as much as you please but that barely changes the undisputed fact that an unborn child certainly should be protected albeit not yet born .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *