Għada laqgħa b’urġenza tal-grupp parlamentari Laburista: il-Prim Ministru maqbud f’paniku

Il-Prim Ministru, Robert Abela, jinsab f’paniku. Dan wara li ħareġ ċar li ġie irrappurtat li l-President tar-Repubblika, George Vella qal li lest li jirreżenja imma mhux lest li jiffirma din l-emenda li Fearne irid idaħħal biex il-barranin, kif qal tant tajjeb Adrian Delia jkunu jistgħu jiġu Malta jagħmlu l-abort bi ħlas fl-isptarijiet li aħna tajna lill-Amerikani.

Issa l-paniku huwa tant kbir li l-whip tal-Partit Laburista għajjat laqgħa b’urġenza tal-grupp parlamentari lejlet li trid tkompli tiġi diskussa din il-liġi. Il-grupp parlamentari Laburista ma hux wara Abela fuq din il-kwistjoni. Il-whip tal-Partit Laburista qal lid-deputati tal-partit biex jattendu minħabba, dejjem fil-kliem tal-istess whip, iridu jittieħdu deċiżjonijiet f’din il-laqgħa.

B’hekk il-whip qed jinsisti mad-deputati kollha Laburisti biex għada kulħadd jattendi għal-laqgħa tal-grupp parlamentari Laburista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *