Adrian Delia jikxef il-mottiv veru tal-gvern wara din l-emenda abortiva: biex l-barranin jiġu Malta u jkunu jistgħu jagħmlu l-abortijiet sal-aħħar mument tat-tqala

Adrian Delia għadu kif tella’ post li hu xokkanti ħafna. B’din l-emenda li Fearne u Abela jridu jdaħħlu u bl-ebda mod ta’ kif iridu jdaħħluha, jidher ċar li qed jagħmluha biex l-Amerikani jkunu jistgħu jiġu Malta u jagħmlu l-abortijiet sal-aħħar minuta tat-tqala bl-iskuża li t-tqala tal-mara hija fil-periklu.

Mela kif kiteb tajjeb Adrian Delia, Malta ser ikun l-uniku stat fejn l-abort jista’ jsir sal-aħħar minuta tat-tqala.

Ovvjament dawn l-abortijiet ma jsirux b’xejn. Ibqgħu żguri, li dawn mhux ser isiru fl-isptar pubbliku jew għall-poplu Malti, jiġifieri għal min verament ser ikollu bżonnhom imma għal min lest iħallas mal-10,000 ewro jew aktar ta’ kull operazzjoni u jagħmilha privatament.

Din huwa l-veru skop ta’ din il-manuvra jew emenda ta’ Fearne u Abela. Prosit Adrian Delia li rnexxilek tikxef l-iskop malinn tagħhom. Dawn qed jagħmluh biex isalvaw l-falliment tas-suppost sptarijiet li l-Amerika fetħu ġewwa pajjiżna.

Dan hu l-messaġġ li kiteb Adrian Delia.

Dan il-messaġġ ta’ Adrian Delia jorbot mal-istorja li dan is-sit ippubblika tal-għodu dwar il-kopja Prudente u l-manuvri li seħħew ġewwa l-Amerika. B’kumbinazzjoni, din il-kopja ġiet Malta għal btala u b’kumbinazzjoni l-mara kellha problemi fit-tqala.

Mhux ta’ b’xejn li l-ġurnalisti mixtrija ta’ dan il-pajjiż b’ħalqhom magħluq. Jekk dan il-gvern irid l-abort, jaqbad u jdaħħlu. Sewwa qal l-isqof ta’ Għawdex, li ser nagħmlu biċċerija mill-isptarijiet tagħna jew aħjar fl-isptarijiet li l-barranin ser jiftħu f’pajjiżna. Adrian Delia sejjaħ dan kollu li ser jiġri f’pajjiżna bħala massakru tal-innoċenti.

2 thoughts on “Adrian Delia jikxef il-mottiv veru tal-gvern wara din l-emenda abortiva: biex l-barranin jiġu Malta u jkunu jistgħu jagħmlu l-abortijiet sal-aħħar mument tat-tqala

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *