Is-sieħeb ta’ David Casa jingħaqad mal-gvern favur l-emenda li jrid idaħħal favur l-abort

Qed inġib post li tella’ persuna li huwa biċċa waħda ma’ David Casa tant li kien miegħu fi Brussel. Hawn qed nitkellmu dwar Nicky Azzopardi. Dan qed jargumenta favur l-emenda tal-gvern Soċjalista u biex jiddaħħal l-abort f’Malta. id-daħqa hija li l-argument ta’ Azzopardi ġa ġie mxejjen fil-Parlament minn Adrian Delia fejn wera li dak li qed jgħid Azzopardi mhux minnu jiġifieri li mhux vera li l-liġi kif inhi bħalissa ma tħarisx lit-tobba meta jassistu omm bi tqala diffiċli. Dak li jridu t-tobba huwa kjarezza minħabba l-konfuzzjoni li l-woke bħal Nicky Azzopardi qed joħolqu f’pajjiżna. Dan hu l-argument ta’ Azzopardi.

Meta wieħed jaqra dan l-argument ta’ Azzopardi, wieħed jifhem għala Nicky Azzopardi u sieħbu David Casa kienu daqshekk kontra Adrian Delia. Infakkar li dak iż-żmien dawn kellhom warajhom il-Curia ta’ l-arċisqof Scicluna bil-media kollha tiegħu.

Illum qed joħroġ għala Azzopardi u sħabu kienu kontra Delia għaliex Delia hu b’saħħtu kontra l-abort u l-aġenda woke li dawn iridu jdaħħlu fil-Partit Nazzjonalista.

5 thoughts on “Is-sieħeb ta’ David Casa jingħaqad mal-gvern favur l-emenda li jrid idaħħal favur l-abort

  1. … u sadanittant, David Casa jghajjar li Cyrus Engerer, u jiftahar li il PN hu l-unika forza politika kontra abort!! U le…!!

  2. Assolutament Mhux Veru lì 98% ta Gays huma favur l Abort. Il Pro Life Malta jghid li min starrig lì ghamlu 90% tal Gays huma kontra l Abort. 10% biss minnhom huma favur. U dawk it 10% huma dawk li iwerzqu l iktar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *