Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien qed jinkixef li l-gvern irid idaħħal l-abort f’pajjiżna
Minn Edwin Vassallo
Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Lovin Malta kitbet dwar il-pożizzjoni tad-deputat Laburista, Malcolm Paul Agius Galea fuq l-emenda li l-gvern kellu jressaq. Meta Agius Galea tkellem dwar dak li skont jikkostitwixxi abort, din l-emenda kienet għada ma ġietx ippubblikata. Agius Galea għamel differenza bejn abort u terminazzjoni tat-tqala. Jien ma nistax nara din id-differenza. Abort hija kelma li ġejja mill-Latin u kienet tintuża mir-Rumani għall-korrimenti. Aktar żmien lejna bdiet tintuża wkoll għat-tmiem programmat tat-tqala.
Jidher ċar li ġa minn qabel ma tressqet din l-emenda, il-Gvern tal-Lejber kien f’diffikulta għaliex wieħed mid-deputati tiegħu kien qiegħed jipprova jirridefinixxi l-kelma abort. Din l-affermazzjoni tad-deputat Laburista Agius Galea tikkonferma kemm dan il-Gvern jħobb jilgħab bil-kliem.
Dan ifisser li ġa qabel mal-gvern ressaq din l-emenda, kien qiegħed jipprova jinterpretaha differenti milli kif fil-verita’ kienet. Ngħid għalija, il-gvern irid jieqaf jinterpreta dan il-pass li jrid jagħmel bħala favur il-mara f’diffikulta’. Jekk dan il-gvern irid jgħaddi din l-emenda, għandu l-maġġoranza biex jgħaddiha. Għalhekk irid jieqaf jidħaq bil-poplu. Kull ma għandu jgħid li jrid idaħħal l-abort biex b’hekk il-poplu jagħmel il-ġudizzju tiegħu. Mela l-gvern u d-deputati tiegħu jridu jieqfu jgħidu li hemm xi differenza bejn intervent fil-ġuf tal-mara biex tinqatel it-tarbija u intervent mediku biex tkun salvata l-omm. Id-differenza primarja mhux qegħda fl-intervent mediku, anki jekk jista’ jagħti l-każ li interventi mediċi li jsiru huma differenti, imma x’imkien ieħor.
Fi kliem ieħor ieħor, id-differenza ma tinsabx fl-użu tal-kliem imma fl-intenzjoni. F’wieħed hemm qtil ċar volontarju. Barra minn xtutna, dan il-qtil tat-trabi fil-ġuf hu deskritt bl-islogan ta’ my body my choice. F’Malta, dan il-gvern qed jibża’ juża dan l-islogan. Allura, kif qed jagħmel dan it-tabib, qed juża l-ewfemiżmi.
Fl-istess waqt, il-gvern qed jgħidilna li din l-emenda ma għandhiex tkun interpretata bħala l-ewwel pass lejn l-abort għaliex hija liġi li tippermetti t-terminazzjoni tat-tqala meta l-omm hija fil-periklu għal saħħitha u b’hekk mhux abort. Imma hawn tinsab id-disonesta’. Dan il-gvern jaf li din il-possibilita’, jiġifieri li t-tobba jintervjenu biex jgħinu lill-omm f’diffikulta ta’ saħħa, ġa teżisti. Li mhux jgħid huwa li din il-klawsola ser tintuża kif ġara fl-Ingilterra biex tiftaħ il-bibien għall-abort.
Mela il-gvern irid jieqaf ibella’ r-ross bil-labra lin-nies. Qed jgħidilna kif għandna nifhmu din il-klawsola imma mhux jispjega verament din l-emenda x’ser issarraf. Il-gvern qed jgħid li uffiċjalment huwa kontra l-abort u fil-prattika għamel liġi li ser twasslu biex ikun hawn l-abort f’pajjiżna.
Jekk il-gvern irid jittieħed bis-serjeta’ fuq din il-kwistjoni missu żamm konsultazzjoni miftuħa mas-settur mediku. Din il-konsultazzjoni ma saritx. Nemmen li għadna fiċ-ċans. Jekk verament il-Prim Ministru hu kontra l-abort, għandu jneħħi din l-emenda u jiftaħ diskussjoni mat-tobba ħa jara x’inhuma l-ħtiġijiet u skont dawn il-ħtiġijiet joħloq il-proċeduri jew aħjar il-protokolli li jiggwidaw u jirregolariżaw dan is-settur. Wara li jkun hemm dan I-proċess, jekk verament hemm bżonn, imbagħad isiru l-emendi meħtieġa.
Il-gideb għalhekk ma jistax isir verita’. Il-gvern tal-Labour irid jieqaf jigdeb lin-nies tiegħu u jgħidilhom x’għandhom jemmnu. Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed jinkixef li l-gvern huwa konxju li jrid din l-emenda biex jdaħħal, kif ġara fl-Ingilterra, biex jiddaħħal l-abort.
IC-CISAN maghanx bhallu.
Semplici. Jekk mill-artikolu kif propost ma titnehhiex il-frazi “sahhitha f’periklu gravi” ifisser li jkun dadal l-abort.
Is-semplici veru hu li il-pn qiejed f’hofra hu izjied qed ihaffer. filwaqt li iziejd ic-cance li l’magoranza il-labour jirdubja min 40k ghall 80k.
Fuq l-abort qed nitkellmu, jekk indunajt. Ghidilina xi haga fuq hekk, jekk taf. L-anqas mid-dehra ma jaf it-tabib Malcolm Paul Agius Galea,, ghax ‘il-bierah dam jghid siegha fuq Smash TV li t-tobba mhumiex protetti jekk jaghmlu abort biex il-mara ma tmutx. Mentri fil-fatt huwa kif qal l-Avukat tal-Istat fil-kawza Prudente li hemm il-Qorti kontra t-tobba.
Kjarifika
Mentri fil-fatt it-tobba huma protetti, u dan kif qal l-Avukat tal-Istat stess fil-kawza li hemm bhallissa fil-qorti kontra t-tobba.
Fuq l-abort li naf hu li il-pneeeee fil hofra li hafer hu stess qiejed fuq suggetti simili li-labour dahal ull-pneeeeee oppona hu kull darba iziejd hafer lisfel. il-11k li marru jigru jifirmaw ha jirdupjawlu l-maggoranzza lil-labour. il- maggoranzza tal-poplu ma jimportajiex mic-charlie u mic-cisan hu min dawk li ma jitawx jithabblu.
Jigifieri? Hawwadni ha nifhmek!