Edwin Vassallo jgħid li grupp ta’ akkademiċi ser iwasslu għall-qerda tal-PN bl-emenda tagħhom dwar il-liġi li ser tirregolarizza l-abort

Edwin Vassallo tella’ post biex jgħid li l-għajta tal-kap tal-oppożizzjoni għandha tkun dejjem dik li l-PN hu kontra l-abort. Vassallo kiteb dan il-post fid-dawl ta’ dak li qed jippromovu numru ta’ akkademiċi bħala emenda minflok l-emenda li ressaq Robert Abela biex biha jdaħħal l-abort f’Malta. Skont Vassallo, il-PN għandu dejjem jibqa’ f’oppożizzjoni kontra l-gvern u qatt ma kellu jagħmel tiegħu din l-emenda pproposta minn dawn l-akkademiċi.

Vassallo kien qed jirreaġixxi għall-video li għamel Bernard Grech fejn fih qal li l-PN ser ikun qed jaddotta l-emenda ta’ dan il-grupp ta’ akkademiċi u jagħmilha tiegħu.

Vassallo jinsisti li dan il-pajjiż qatt ma kellu bżonn ta’ din l-emenda li ser twassal biex f’pajjiżna nbexxqu l-bieb għall-abort. Għal Vassallo, it-tarbija fil-ġuf hija esseru uman mill-aktar vulnerabbli. Hija persuna mill-aktar dgħajfa u għalhekk huwa fid-dmir tal-maġġoranza biex tħarisha. Skont Vassallo, jekk Robert Abela jaqbel mal-emenda ta’ dawn l-akkademiċi li l-PN ser ikun qed iressaq fil-Parlament, ikun ifisser li Robert Abela u dawn l-akkademiċi jkunu qerdu lill-Partit Nazzjonalista.

Dan hu dak li kiteb Vassallo fuq dan is-suġġett:

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *