Adrian Delia jerġa’ jafferma il-pożizzjoni kontra l-abort

Li Adrian Delia huwa kontra l-abort hu fatt magħruf. Quddiem il-fatt li dan il-gvern irid idaħħal emenda biex jiffaċilita’ l-abort, fi kliem ieħor idaħħal l-abort baxx baxx, Adrian Delia tella’ post fuq Facebook fejn affirma l-konvinzjoni tiegħu li hu kontra l-emenda li ressaq Robert Abela u b’hekk mhux ser ikun qed jivvota għaliha. Fuq kollox huwa wera li l-Partit Nazzjonalista ser ikun kontra din l-emenda.

Dan is-sit jinsab infurmat li kien hemm laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista u kien hemm qbil il-PN jivvota kontra din l-emenda u ser ikun qed iressaq proposta tiegħu, fejn ser jiggarantixxi l-ħarsien tal-ħajja tal-mara u fl-istess waqt jagħti serħan il-moħħ lit-tobba li jaħdmu fis-settur.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *