L-avukat tal-istat jgħid lill-qorti li Andrea Prudente qatt ma kienet f’periklu li titlef ħajjietha meta kienet fl-isptar Mater Dei

Issa għandha iswed fuq l-abjad li Andrea Prudente qatt ma kienet f’periklu li titlef ħajjitha. Dan issa qed jgħidu l-avukat tal-istat.  Fit-tweġiba tiegħu li ta fil-qorti għall-kawża li Prudente fetħet fil-qrati Maltin, l-avukat tal-istat qed jgħid li Andrea Prudente qatt ma kienet fil-periklu li titlef ħajjitha meta kienet fl-isptar Mater Dei. fuq kollox, l-avukat tal-istat qed jargumenta li Andrea Prudente ingħatat il-kura kollha u qatt ma ġiet b’xi mod trattata b’mod disuman mit-tobba Maltin.

Il-pożizzjoni tal-avukat tal-istat tikkonferma dak li qed jgħidu nies bħal Edwin Vassallo li l-Prim Ministru Robert Abela ma kienx qed jgħid is-sewwa meta f’intervesta li kellu mal-ġurnalista ta’ The Times of Malta qal li jrid isib soluzzjoni għal realta’ li kienet fiha Andrea Prudente.

Għalhekk ikun għaqli jekk dan il-gvern ma jmexxix din l-emenda jew jipprova jieħu xi pożizzjoni oħra, kif jidher li jista’ jieħu, wara dan il-każ Prudente. Jekk il-Prim Ministru jagħmel hekk ikun qiegħed biss jispara lejn saqajh. Il-gvern għandu jistenna dan il-każ jintemm u bl-ebda mod ma jressaq din l-emenda jew xi emenda oħra sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni finali fil-qrati. Infakkar li l-avukat tal-istat huwa fl-obbligu li jġib il-provi li verament Prudente qatt ma kienet f’periklu tal-mewt jew b’xi mod ġiet trattata b’mod disuman meta kienet fl-isptar Mater Dei.

Għalhekk meta l-Prim Ministru qiegħed iressaq emenda bħal din qiegħed biss jippreġudika l-pożizzjoni tal-istess gvern f’din il-kawża. Finalment, l-avukat tal-istat qiegħed hemm biex iħares l-interessi tal-gvern u tat-tobba li jħadmu b’tant dedikazzjoni fl-isptar tagħna.

Fuq kollox, il-pożizzjoni tal-avukat tal-istat tikkonferma l-fatt li l-ebda omm f’Malta ma mietet minħabba komplikazzjonijiet waqt it-tqala f’dawn l-aħħar snin u l-ebda tabib ma’ mar il-ħabs għaliex assista lil xi omm li kellha tqala diffiċli.

Għalhekk fiċ-ċirkustanzi preżenti din l-emenda tal-gvern hija inutli u ma hemmx bżonnha.  Anzi bil-mod li qed jaħdem u jġib ruħu Robert Abela qed juri li qed jippreġudika x-xogħol tal-istess avukati tal-istat. Infakkar li l-avukat tal-istat jaħdem fl-interess tal-istat u tal-poplu Malti.

Infakkar li Prudente qed tfittex lill-istat Malti għad-danni u jekk tingħata raġun, dawn id-danni ser ikunu mħallsa minn flus il-poplu.  

2 thoughts on “L-avukat tal-istat jgħid lill-qorti li Andrea Prudente qatt ma kienet f’periklu li titlef ħajjietha meta kienet fl-isptar Mater Dei

  1. It-tobba Maltin qatt na jpoggu l-hajja tal mara fil periklu. Dan il kas m’ghandux jintuza biex f’Malta jiddahhal l abort. Illum se jkun hemm funeral tat-trabi li mietu din is-sena’. Tafu kemm hi ghafsa ta’ qalb ghall genituri li tilfu lill uliedhom meta jissemma l-abort? Tafu kemm hi difficli? Certa li hemm min jaf. L- abort ma huwa dritt ta hadd. U m’ghandux jiddahhal bhala protezzjoni ghall hajja tal mara ghax m’hemmx bzonn. It-tobba taghna jistghu u dejjem ghamlu dan dan minghajr l abort.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *