Veru li l-gvern għandu rapport li juri li mhux veru li Andrea Prudente kienet fi stat ta’ periklu li tmut minħabba t-tqala tagħha?

Minn Edwin Vassallo

Ibieraħ Il-gvern ippubblika u ressaq quddiem il-parlament l-emendi għal-liġi li ser tkun qed tippermetti l-abort. Infakkar li l-gvern ressaq dawn l-emendi minħabba li l-każ ta’ Andrea Prudente. Prudente hija dik il-mara Amerikana li ġiet Malta u b’kumbinazzjoni meta kienet fuq vaganza f’pajjiżna “żviluppawlha komplikazzjonijiet” u b’hekk talbet biex tintemm it-tqala tagħha. Ngħid sew li l-gvern għandu f’idejn informazzjoni jew aħjar rapport li juri li mhux veru li Andrea Prudente kienet fil-periklu tal-mewt meta talbet li tintemm it-tqala tagħha?

Infakkar li l-Prim Ministru nnifsu kien mexxa din in-narrativa li qed jagħmel dawn l-emendi minħabba l-każ ta’ Andrea Prudente. B’hekk issa ħiereġ ċar li l-Prim Ministru Abela ħa deċiżjoni fuq informazzjoni żbaljata jew sab ix-xoqqa f’moxta biex iressaq dawn l-emendi biex idaħħal l-abort baxx baxx. Inkella xi ħadd ried iqarraq bih. Dak li hu żgur li dan il-każ ta’ Andrea Prudente intuza biex ikun imqarraq il-poplu.

Imma anki jekk dan il-każ ta’ Prudente għad irid jkun deċiż fil-qorti, il-gvern għażel li jibqa’ sejjer u ressaq dawn l-emendi għad-dibattitu fil-parlament mingħajr ma stenna d-deċiżjoni finali tal-qorti. Fi kliem ieħor, il-gvern ser jibqa’ sejjer bil-pjan tiegħu u ġa ressaq għad-dibattitu dawn l-emendi. Issa jekk fil-qorti jkun ikkonfermat li ma kienx minnu li Prudente kienet fi stat ta’ periklu li titlef ħajjietha, dan ikun ifisser li l-Prim Ministru Abela qarraq u ma qalx il-verita’ lill-poplu Malti dwar l-iskop u r-raġuni vera għal dawn l-emendi.

Mhux sewwa u mhux xieraq li dawn l-emendi jidħlu b’riżultat ta’ gidba. Dan hu qerq. Hawn fejn l-Oppożizzjoni għandha tikxef dan il-qerq. Infakkar li l-istess Prim Ministru ammetta ma’ The Times li ma għandux il-mandat elettorali biex idaħħal l-abort.

Għalhekk, fuq dan l-Oppożizzjoni għandha tisħaq u anki tivvota kontra għaliex dawn l-emendi qed jiddaħħlu abażi ta’ gidba. Fi kliem ieħor, dawn qed jiddaħħlu abażi ta’ disonesta politika. Jekk ma tagħmilx hekk, tkun kompliċi f’dan il-qerq.

3 thoughts on “Veru li l-gvern għandu rapport li juri li mhux veru li Andrea Prudente kienet fi stat ta’ periklu li tmut minħabba t-tqala tagħha?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *