Is-skiet ta’ Bernard Grech fuq l-emenda li biha ser jiddaħħal l-abort f’pajjiżna ser ikompli jgħarraq lill-Partit Nazzjonalista

Minn osservatur politiku

Ikolli naqbel ma’ Edwin VAssallo f’din is-sensiela ta’ artikli li qed jikteb għal dan is-sit li bl-iskuża banali li jrid jara l-emendi qabel jitkellem, il-Kap tal-Oppożizzjoni waqa’ fil-muta fuq il-kwestjoni tal-abort. L-istatut stess tal-Partit Nazzjonalista, allura tal-Partit tiegħu, jobbligah li ma jieħu ebda pożizzjoni dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-abort. Mela anke bis-skiet tiegħu huwa qed jibgħat messaġġ negattiv qawwi li hu ta’ ħsara għall-istess Partit Nazzjonalista..

Dr Bernard Grech obbligat legalment u moralment li jitkellem fuq kwistjonijiet bħal dawn. L-istatut jiddikjara li l-Partit Nazzjonalista huwa favur il-ħajja mit-tnissil sal-mewt. Allura Bernard Grech missu ħassu obligat li jopponi u jitkellem mil-bidu u f’kull okkażżjoni kontra dak li beħsiebu jagħmel il-partit fil-Gvern. Imma għall-kuntrarju baqa’ sieket u jistenna biex jaqra l-kliem poġġut fuq l-emendi li issa tressqu. Peress li baqa’ ma tkellem xejn wieħed jista’ jikkonkludi li hu saħansitra kompliċi fil-preżentazzjoni ta’ dawn l-emendi.

Il-maġġoranza tal-partitarji tal-Partit Nazzjonalista stennew li jkun hemm xi tip ta’ azzjoni min-naħa ta’ Dr Bernard Grech. Imma la ma ssemma xejn wieħed bil-fors ikollu jikkonkludi li l-ħsieb ta’ Dr Bernard Grech, u s-segwaċi tiegħu, huwa li jivvutaw favur dawn l-emendi.

Din hija kwestjoni importanti ħafna u kulħadd kien jistenna li tittieħed pożizzjoni min-naħa tal-oppożizzjoni mingħajr il-bżonn li noqgħodu nistennew li jiġu ppublikati l-emendi. Din hija impożizzjoni tal-Gvern li ser twassal li l-Partit Nazzjonalista mhux biss ikollu jibla’ ilsienu imma jkollu saħansitra jmur kontra dak miktub fl-istatut tiegħu stess.

Jekk ikun qed jivvota favur dawn l-emendi jkun qed imur kontra x-xewqa ta’ kwantita kbira ta’ partitarji li kienu favur li fl-istatut jitniżżel dak li kien ġie miftihem ftit tas-snin ilu. Issa l-karti nkixfu kollha. Kulħadd jaf kif ser jilgħab il-bvern u kif ser tilgħab l-oppożizzjoni.

Issa tidher ċara kif ser jiġu mponuti dawn l-emendi fuq il-poplu Malti u Għawdxi. U dan allavolja l-poplu kollu ma ta ebda mandat kemm lill-Gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni biex jiddiskutu l-abort aħseb u ara jivvutaw fuq dawn l-emendi. Ma hemm ebda mandat lil xi wieħed miż-żewġ partiti fil-parlament biex iressqu xejn għad-diskussjoni aħseb u ara jieħdu xi vot.

Dan ser jirriżulta f’abbuż tal-liġijiet maqbula bejn kulħadd u li ħadd ma ried li jkun hemm xi ċaqliq fuqhom. Dan huwa użu ta’ parlament li jista’ jitqies illegali jew abbużiv għax ikunu qed iqallbu dak li jaqbel lilhom. Dan huwa attakk fuq il-fiduċja li l-elettorat ta lir-rappreżentanti tiegħu li kien ċar li jistgħu jiddiskutu u jibdlu ħafna affarijiet imma mhux emendi li ser iriegħdu s-sisien sodi li fuqu huma mibnijin il-liġijiet fuq l-abort.

One thought on “Is-skiet ta’ Bernard Grech fuq l-emenda li biha ser jiddaħħal l-abort f’pajjiżna ser ikompli jgħarraq lill-Partit Nazzjonalista

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *