Għaliex issa l-abort jista’ jsir xorta waħda? Għaliex min suppost għandu jitkellem qiegħed b’ħalqu magħluq?
Dawn l-emendi li qed jippreżenta l-gvern ma huma xejn għajr emendi favur l-abort. F’dawn l-aħħar għoxrin sena, l-ebda omm f’pajjiżna ma mietet minħabba komplikazzjoni waqt it-tqala. Dan huwa fatt. F’pajjiżna, it-tobba dejjem ħadu deċiżjonijiet ġusti favur is-saħħa tal-omm u tat-tarbija. Dan ifisser li dawn l-emendi, fejn l-erba’ snin ħabs għall-omm jew t-tabib f’kas ta’ abort, issa qed jitneħħew. Dan ifisser li dawn l-emendi qegħdin isiru biss għal raġuni waħda. Dik hi li meta omm u tabib jaqblu li hemm kas gravi għas-saħħa tal-omm waqt it-tqala, it-tqala tkun tista’ tiġi terminata. Fi kliem ieħor it-tqala tista’ tiġi imwaqqfa u t-tarbija tiġi maqtula fil-ġuf mingħajr ebda konsegwenza penali. Forsi ħafna jgħidu imma x’hemm ħażin li tqala titwaqqaf f’każ ta’ sitwazzjonijiet gravi ta’ saħħa tal-omm?
Il-ħażin qiegħed hawn. Skond dak li qal il-Ministru Chris Fearne, il-kelma “gravi” mhux ser tkun definita jew spjegata. L-interpretazzjoni għal dak li hu gravi qed titħalla miftuħa. Kull ma qed jingħad hu biss li tqala issa tista’ tiġi mwaqqfa f'”sitwazzjoni gravi għal saħħiet l-omm waqt it-tqala“.
X’ifisser dan? Mela dawn l-emendi deħlin biex skont il-gvern tkun tista’ tiġi mħarsa is-saħħa tal-omm f’kas gravi ta’ saħħa. Imma dan mhux ġa kien qed jiġri qabel? Mela għala l-bżonn ta’ dawn l-emendi? Mela dawn ma huma xejn għajr emendi biex issa t-tobba jistgħu jwaqqfu t-tqala bl-iskuża tas-saħħa tal-omm. Kieku ma kienx hekk, dak li huwa gravi kien ikun definit fil-liġi. B’hekk minn issa ‘l quddiem ser ikun deċiż ad hoc, bejn l-omm u t-tabib li tista’ tkun imwaqqfa tqala. Qabel kien jiġri dan, fi kliem ieħor it-tobba kien jikkunsultaw mal-omm u l-familja quddiem fatt gravi ta’ gravidenza. Imma s’issa b’dawn l-emendi qed jinfetaħ il-bieb għall-abbuż. Qabel kien hemm parametri ċari ta’ x’inhu gravi. Illum dawn il-parametri saru offuskati jiġifieri ma għadhomx ċari xejn.
Dan ifisser li l-Gvern ser joħloq eċċezzjoni fil-liġi u jneħħi l-piena ta’ ħabs għal min jista’ jabbuża. Qabel kien hemm dan id-deterrent. Illum dan id-deterrent spiċċa. B’hekk permezz ta’ dawn l-emendi, il-gvern qed jagħti l-opportunita’ lill-omm jew lit-tabib li jistgħu jagħmlu abort anki jekk ma hemmx periklu. Kull ma jridu hu li jaqblu li jeżisti periklu għal saħħiet l-omm u l-abort isir. Għalhekk b’dawn l-emendi, Malta qed iddaħħal l-abort mit-tieqa flok mill-bieb, għaliex issa l-abort jista’ jsir xorta waħda.
B’hekk l-abort ma għadux eċċezzjoni kif kien qabel imma ser isir parti mill-liġijiet ta’ Malta. Skont dawn l-emendi tal-Gvern, issa ser isir legali li tqala tkun terminata. Dan ma hux qed jissejjaħ abort iżda fir-realta’ dan hu abort għaliex xorta waħda tibqa’ proċedura ta’ qtil ta’ tarbija fil-ġuf għaliex issa qed ikun permezz li t-tqala tkun terminata anki jekk fil-verita’ ma hemm l-ebda periklu. Imma jekk it-tabib jiddikkjara li kien hemm periklu għall-omm, dan jittieħed bħala bon fatt.
Għalhekk min jgħid li dawn l-emendi ma humiex abortivi, jew dan mhux qtil ta’ tarbija fil-ġuf huwa diżonest. Min jgħid li dan mhux abort bil-pulit huwa giddieb u qed joskura l-fatti minn kif inhuma.
Anki jekk fi ftit jiem li baqa’ tinstab xi kelma li biha tista’ tkun spjegata xi tfisser “sitwazzjoni gravi għal saħħiet l-omm waqt it-tqala“, xorta waħda dawn l-emendi qed jiftħu beraħ l-opportunita’ li biha omm li tkun tixtieq twaqqaf it-tqala, tista’ ssib tabib li jkun lest li jgħid li żviluppat sitwazzjoni gravi waqt it-tqala tal-omm, u jittermina din l-istess tqala.
Il-fatt li quddiem dak kollu li tkellem dwaru l-Prim Ministru fl-intervista ma’ the Times of Malta, u dak kollu li qalu l-ministri waqt il-konferenza stampa, ħadd mill-awtoritajiet ma’ tkellem juri l-istat li fih jinsab dan il-pajjiż. L-awtoritajiet li suppost għandhom jitkellmu mhux qed jitkellmu bl-iskuża li għad jridu jaraw l-emendi miktuba. Dan ifisser li f’pajjiżna għandna awtoritajiet li ċedew id-dmir li jitkellmu favur il-valur tal-ħajja.
B’hekk l-awtoritajiet qed juru li għadhom qed jaraw fejn sejra l-opinjoni pubblika minflok qegħdin imexxuha. Waqt li l-gvern qed imexxi l-opinjoni pubblika, dawn l-awtoritajiet qed jaraw fejn sejjer is- sentiment imma mhux kapaċi imexxuh għaliex mhux kapaċi jgħidu li dak li qed jisimgħu huwa moralment ħażin.
Bl-emendi legali, il-Gvern irid jgħid ‘l għaliex skond hu, il-qtil ta’ tarbija fil-ġuf issa ser jkun qiegħed isir bl-iskuża legali u aċċettabbli għall-liġi u għall-mediċina.
Almenu għal dawk it-tobba li ser ikunu lesti jagħmlu l-abort, għandhom issa l-iskuża biex jagħmluh waqt li jgħidu li mhux qed jagħmlu l-abort. Din hija l-ikbar daħqa. Li l-awtoritajiet li għandhom jitkellmu mhux jitkellmu. Din hija l-ikbar diżonesta li qed issir f’wiċċ il-poplu Malti. Min suppost mhux qed jaqbel ma’ dawn l-emendi imma qiegħed jipprova jsib skuża biex jibqa’ sieket huwa kompliċi fi qtil ta’ trabi innoċenti fil-ġuf.
F’dawn l-ahhar 20 sena ma mitux nisa tqal ghax ammess li qed jigi applikat il-principju ta’ hsara inqas minn ohra.
Ma jkunx hemm habs jekk it-tqala tigi terminal jew abortita biex il- mara tqila ma tmutx.
It-tabib u l-mara tqila jaqblu li titwaqqaf it-tqala jekk ikun hemm riskju ta’ mewt tal-mara. Bhalma gara s’issa.
Il-gravita’ tigi ddefinita mit-tobba u mhux mill-politikanti. S’issa mhux dejjem kienet iddefinita. Il-gravita’ tibqa’ l-istess bil-ligi jew minghajrha. Jekk tabib jittiehed il-qorti jkollu jiddefiniha.
Dawn l-emendi huma mehtiega biex il-principju msemmi jsir living (wara l-kaz Prudente).
Jekk qed tiddahhal sahhet il-mara, minbarra r-riskju ta’ mewt, l-emenda hija qarrieqa.
Hadd kompetenti ma tkellem ghax qed jassumu li l-ligi l-gdida (mhux emenda) tirrifletti fedelment l-imsemmi principju.
Errata corrige:
“jekk it-tqala tigi tterminata ” flok “jekk it-tqala tigi terminal”;
“biex il-principju msemmi jsir ligi” flok “biex il-principju msemmi jsir living”.
Ghaliex tibqa tiddefendi l-indefensibbli? Jekk ma hemmx nar, ghaliex infittxu tibdil fil-ligi? Qatt ma miet hadd, u ghalekk ma hemmx nar, ma hemmx periklu.
Il-ligi ghandha tispecifika li terminazzjoni tkun legali biss meta il-hajja tal-mara tkun f periklu car, imminenti u ma jkun hemm l ebda alternattiva ta kura li tista tinghata u ssalva it-tarbija.
Il-ligi trid tkun serv tal-principju. Int qed taqleb id-dinja ta taht fuq, u car li ghandek skop specifiku.
“Defending the indefensible” is pseudo-medical mantra, in this context.
Read my lips: if, and a big “if”, the proposed law faithfully reflects the principle of the lesser of two evils, which, unless you do not know, has been the practice over the years by Maltese medical practitioners, and which precipitated the imprudent Prudente case, it means that the legislator would be putting that principle into law, as is normally done with certain principles, like the right to life, liberty, and in one particular country, the pursuit of happiness.
I hope you won’t even quarrel with that. As much as one, and yours truly, cannot defend an unknown indefensible – the law yet unknown word-wise – which you blame others of defending.
That is medically very unethical.