Bernard Grech ma jagħtix il-pożizzjoni tiegħu fuq l-emendi li bihom l-abort ser jiddaħħal f’pajjiżna

Minn osservatur politiku

Għada t-Tnejn, il-Parlament mistenni jitressqu emendi li jittrattaw it-terminazzjoni tat-tqala meta saħħet il-mara tkun fil-periklu. Permezz ta’ dawn l-emendi tabib ikun jista’ b’mod legali jittermina tqala, meta din issir ta’ periklu għall-omm.

Skond il-gazzetta l-Illum, Bernard Grech baqa’ ma tax il-pożizzjoni tiegħu fuq dawn l-emendi għalkemm fadal biss ftit siegħat biex jitressqu. Bernard Grech qed iżomm lura milli jagħti l-opinjoni tiegħu għax jaf li jekk jitkellem kmieni, jew jitkellem minn rajh, jista’ jagħmel żball kbir.

Issa diġa’ għandna konferma ta’ dawn l-iżbalji meta nafu li fin-nomina tal-eks-Prim Imħallef, hu kien ippronunzja ruħu u qal iva għall-pożizzjoni ta’ kummissarju, imma meta ddiskuta mal-grupp parlamentari qalulu mod ieħor.

Jista’ jkun ukoll, li qed jibża’ jieħu pożizzjoni minħabba l-grupp ta’ Repubblika. Dak li jista’ jingħad li r-Repubblichini huma maqsuma bejnithom fuq l-abort. Mela minflok jieħu din l-okkazzjoni biex forsi jsaħħaħ ftit idejh, anki fil-konfront tar-Repubblichini, qed jurihom li baqa’ l-kelb fidil meta mhux qed jgħid x’irid jagħmel. Imma jekk Bernard Grech jaħseb li bil-pożizzjoni li qed jieħu ser jintgħoġob ma’ xi parti qed jgħarralu. La qed jintgħoġob ma’ dawk li huma favur l-abort u l-anqas ma dawk li huma kontra.

Dak li wieħed jista’ jikkonkludi li meta Bernard Grech ma weġibx għall-mistoqsijiet tal-gazzetta Illum dwar l-emendi fuq l-abort, jidher ċar li għad ma għandux l-ordnijiet ċari minn min qed verament imexxi l-Partit Nazzjonalista bħalissa għaliex il-PN maqsum fuq din il-ħaġa. Minflok użaha biex isaħħaħ idejh, ħa pożizzjoni li kompliet turi kemm hu dgħajjef Bernard Grech bħala mexxej politiku.

Fuq kollox, Bernard Grech għandu l-istatut tal-PN favurih jekk irid jieħu pożizzjoni kontra l-abort. Imma lanqas kien f’pożizzjoni jirrispondi meta ġie mistoqsi dwar l-istatut tal-Partit li jgħid għal darbtejn li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra l-abort f’kull ċirkustanza. U toħroġ il-għaġeb, lanqas kien f’pożizzjoni li jgħid jekk iltaqax mal-grupp parlamentari jew għandux skedata xi laqgħa mal-istess grupp biex jiġu diskussi dawn l-emendi sensittivi. Jidher ċar li r-raġel ma tantx hu konvint mill-pożizzjoni li jkun kontra l-abort. Hu dan kien ġie ppreżentat mill-media tal-arċisqof Scicluna bħala l-persuna tal-knisja, il-bniedem tal-moviment ta’ Ta’ Kana!

U jekk għandu pożizzjoni Bernard Grech qed jibża’ jagħmilha pubblika għax jaf li l-kelma tiegħu ma fihiex saħħa u tista’ tinqaleb faċilment mill-kurrenti li qed jirrenjaw bħalissa fil-Partit Nazzjonalista. Jew inkellha għaliex illum, Bernard Grech irid partit liberali favur l-abort. B’hekk in-naħa l-oħra ndunaw b’din id-dgħufija u qed jitfgħu l-melħ fuq il-ferita’.

Mingħajr ebda dubju dawn l-emendi jirrikjedu diskussjoni b’saħħitha u hu mistenni li jkun hemm opinjonijiet differenti. Bil-fors irridu niftakru li l-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku partit li jiddikjara fl-istatut tiegħu li huwa kontra l-abort fuq prinċipji.

Open photo

2 thoughts on “Bernard Grech ma jagħtix il-pożizzjoni tiegħu fuq l-emendi li bihom l-abort ser jiddaħħal f’pajjiżna

  1. J’Alla int li ktieb inti kontra kull violenza tal persuna muhx biss fostna, imma fid dinja kolla kemm hi. Din il violenza titnehha biss billi thobb l-ghadu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *