Il-każ ta’ Abner Aquilina ma hux każ ta’ possessjoni imma kif qal tant tajjeb Fr. David Muscat hu każ ta’ abbużi sesswali marbuta ma’ “gayyaġni”.

Ilbieraħ tkellimt dwar prietka li għamel il-Pastor Gordon Manche fir-rigward ta’ dak li ntqal fil-qorti fuq il-qtil ta’ Paulina Dembska. Fiha, Manche qal li Abner Aquilina għamel dak li għamel għaliex hu ppossedut mix-xjaten. Imma minn dak li ħareġ mill-qorti, jidher li l-avukat ta’ Abner Aquilina u anki dak tal-parte ċivili qed jaħsbu mod ieħor. Minn dak li ġie rrappurtat fil-media, jidher li dawn iż-żewġ avukati aktar qed jaħsbu li f’dan il-każ hemm ukoll element ta’ “gayyaġni”.

Infakkar li Fr. David Muscat ittella’ l-qorti u l-Avukat tar-Repubblika pprova jsallbu għaliex qal fir-rigward ta’ dan il-każ, li l-gayyaġni hija agħar mill-possessjoni. Issa hawn għandna narrattiva bil-maqlub. Skont din il-prietka ta’ Manche, dan mhux każ ta’ gayyaġni imma ta’ possessjoni. Anżi f’din il-prietka, Manche jiddefendi lix-xhud li qed ikun implikat mill-istess avukati li bagħbas lil Abner Aquilina ftit siegħat qabel ma l-istess Abner Aquilina wettaq id-delitt. Minn dak li ħareġ s’issa fil-qorti, jidher li l-avukati kemm tad-difiża u dak tal-parte ċivili, għandhom idea differenti għaliex qed jargumentaw li ma’ dan id-delitt hemm anki marbuta fatti ta’ abbużi sesswali li Fr. David Muscat kien iddeskriva bħala “gayyaġni“.

Dak li hu interessanti li ċertu ġurnali li mexxew ċertu aġendi f’Malta ippruvaw jgħattu dan il-fatt waqt li l-Lovin Malta qed tkun ratba ħafna kif qed tirrapporta dwar dawn l-istejjer u l-prietka ta’ Manche. Naħseb li qed tagħmel sew. Qed ngħid hekk għaliex dan il-ġurnal uża riga differenti meta kien jikteb dwari jew dwar Fr. David Muscat. Infakkar li minħabba t-tgħawwiġ tal-fatti mill-ġurnalisti liberali, Fr. David Muscat spiċċa ttella’ l-qorti għaliex qal li gayyaġni hija agħar minn possessjoni fir-rigward ta’ dan il-każ.

Personalment, jien persuna sekulari u ma nemminx li l-każ ta’ Abner Aquilina hu każ ta’ possessjoni. Naħseb li anki mill-fatti kif saru s’issa, anki l-eżorċisti jaqblu li Abner Aquilina mhux qed juri sintomi ta’ possessjoni. Abner Aquilina għandu żgur problemi psikiċi u għalhekk għandu bżonn l-għajnuna. Dak li jrid ikun stabbilit issa huwa jekk dak li ġara fis-siegħat ta’ qabel li sar dan id-delitt, kif ukoll ir-relazzjonijiet sesswali li dan ir-raġel kien suġġett għalihom, kellhomx effett fuq l-istat ta’ animu tiegħu li wassluh biex jattakka l-ewwel persuna li ġiet quddiemu.

Infakkar li l-ewwel nies li ra quddiemu ma kienux nisa imma kienu xi rġiel. Hu xtaq jattakkahom imma peress li nduna li dawn kienu aktar b’saħħithom minnu ma attakkahhomx. Imbagħad attakka t-tieni persuna li sab quddiem li nżertat li kienet mara u nduna li din kienet inqas b’saħħitha minnu u b’hekk qatilha.

Kieku verament dan kien każ ta’ possessjoni, ma kienx jagħmel din il-valutazzjoni, jiġifieri kien jattakka lil min isib l-ewwel mingħajr ma jaħsibha xejn. Għall-inqas din hija n-narrattiva li tintuża minn dawk li jemmnu u jistudjaw dwar possessjonijiet. Qed ngħid dan għaliex min verament jemmen fil-possessjoni, jemmen ukoll li x-xitan kapaċi jagħti saħħa barranija lill-persuna pposseduta biex tkun kapaċi teħodha kontra żewġ irġiel aktar b’saħħitha minnha u terbaħilhom jew xorta tattakka wieħed minnhom.

Mela jekk wieħed iżomm man-narrattivi reliġjużi normalment assoċjati ma’ possessjoni, mhux minnu li Abner Aquilina kien taħt xi effett malefiku. Kieku kien taħt xi effett malefiku, kieku ma kienx jagħmel din l-evalwazzjoni, bħal ma għamel u nduna li ma kienx kapaċi jattakka dawn iż-żewġ irġiel għaliex kienu jegħlbuh. Anzi kieku verament kien att sataniku, l-idea kienet tkun dik li jattakkahom, joqtolhom u jissodomizzahom għaliex f’għajnejn kull reliġjon Kristjana, att bħal dan kien ikun aktar gravi milli tagħmel att sesswali vjolenti fuq mara mejta. Infakkar li l-ewwel instin tiegħu kien li jattakka l-ewwel persuna li jsib irrispettivament mill-ġeneru tagħha.

Mela mill-fatti kollha ppreżentati, is-swaba qed jippuntaw lejn kif kien qal tant tajjeb Fr. David Muscat. Jiġifieri din hija storja ta’ disturbi psikiċi li magħha hemm marbut abbużi sesswali li Fr. David kien iddeskriva, qabel ma ħarġu dawn il-fatti, bħala “gayyaġni” u mhux possessjoni. Dan għamlu f’diskursata ma’ persuna wara fuq dan id-delitt.

Qed ngħid dan biss biex nuri li din in-narrattiva ta’ possessjoni – kif jgħidu bl-Ingliż – does not hold waters.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *