Il-mod kif Aaron Farrugia wieġeb lil Adrian Delia fil-Parlament dwar it-traffiku, ikkonferma li dan is-sit jaqrawh ħafna nies

Qed inġib dan il-post li tella’ Adrian Delia. Adrian Delia għamel dan il-post bħala tweġiba lil Aaron Farrugia wara li Farrugia għadda kumment dwar il-fatt li Adrian Delia jtella’ l-kummenti tieghu fuq il-Facebook page tiegħu. B’hekk meta Delia staqsa lil Aaron Farrugia dwar it-traffiku, Farrugia qallu biex ma jaqgħodx jagħmel il-kummenti tiegu dwar it-traffiku fuq il-pagna Facebook. Għal din it-tweġiba ta’ Aaron Farrugia, Adrian Delia wieġbu permezz tal-paġna Facebook tiegħu u qallu:

Din il-Ġimgħa fil-Parlament waqt tweġiba għal mistoqsija Parlamentari il-Ministru Aaron Farrugia qalli biex ma noqgħodx nuża Facebook biex nilmenta fuq it-traffiku.

1. Il-Facebook jien nużah biex nikkomunika man-nies kif inhu d dmir tiegħi.

2. Qatt ma użajt flus il-poplu biex nagħmel riklami u propoganda fuqu minn but in-nies.

3. Meta nitkellem jew nikteb jien qed imwassal leħen in-nies u żgur mhux se jsikkitni l-Ministru.

4. Minflok battibekki partiġġjani aħjar il-Ministru jgħidilna kif bi ħsiebu jsolvi jew imqar irażżan problema maġġuri li qed toħnoq pajjiż, tniggeż kull m’hawn u tmarrad in-nies.

Infakkar li dan is-sit huwa wieħed mill-ftit li jippubblika b’mod kostanti l-kummenti li Adrian Delia jagħmel fuq il-Facebook page tiegħu u jitkellem dwarhom fuq dan is-sit. Dan qed iwassal biex il-kummenti ta’ Adrian Delia, li ġa jinqraw ħafna mis-segwaċi tiegħu fuq Facebook, ikomplu jinqraw minnkom, kemm Nazzjonalisti u Laburisti u oħrajn li tidħlu fuq is-sit tiegħi.

B’hekk il-kumment ta’ Aaron Farrugia jikkonferma li dan is-sit huwa wieħed minn dawk li jaqrawh in-nies. Kieku intom ma taqrawx, kieku l-Ministru Farrugia ma kienx jagħmel dak il-kumment li għamel.

Fuq kollox Adrian Delia qed jitkellem fuq suġġett, jiġifieri l-problema tat-traffiku li qed tolqot lil ħafna nies f’Malta u t-traffiku huwa xi ħaġa reali u mhux perċezzjoni.

Dalgħodu persuna li telgħet fuq tal-Linja fis-7,00 am biex tmur il-belt mill-Fgura għax-xogħol, wasslet il-Belt fit-8.30 am!

Daqshekk saret gravi l-problema tat-traffiku f’Malta.

One thought on “Il-mod kif Aaron Farrugia wieġeb lil Adrian Delia fil-Parlament dwar it-traffiku, ikkonferma li dan is-sit jaqrawh ħafna nies

  1. You gave the people free transport. But you should double the price of petrol. If there are less private cars on the road.The public transport will be in time.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *