Where your opinion counts

Għax ingidem, Salvu Balzan fetaħ il-kanuni kontra Rachel Montebello u semmielha l-artijiet tan-Nadur anki jekk spiċċa ma qalx kollox dwarhom

Salvu Balzan mar ħażin f’kawża li kellu quddiem Rachel Montebello li tinvolvi lill-ġurnalista Ivan Camilleri. Ir-riżultat kien li Balzan fetaħ il-kanuni kontra il-maġistrata Montebello. Ma qal xejn libelluż. Qal l-istess affarijiet li ili ngħid jien dwar Montebello u l-mod kif din qed tamministra l-ġustizzja. Jien kont kritiku tagħha fil-mod kif mexxiet il-kompilazzjoni kontra Yorgen Fenech. Kont anki semmejt l-istorja tal-propjeta’ ġewwa n-Nadur u kif hemm involuti missierha, l-eks-Maġistrat, u anki l-arċisqof tad-djoċesi ta’ Malta Charles Scicluna.

Meta kont qed ngħid dawn l-affarijiet, Salvu Balzan għajjarni “gun for hire“. Ara issa ghax inqaras hu personalment dawwar il-kanuni kontra tagħha. Ara meta kienet qed tagħmel il-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech u l-oxxenitajiet kollha li saru f’din il-kompilazzjoni, Salvu Balzan kien b’ħalqu magħluq u qatt ma qal xi kelma kontra.

Jien qatt ma għidt kontra Rachel Montebello għaliex għandi xi ħaġa personali kontra tagħha imma għaliex irrid li f’dan il-pajjiż jirrenja l-ħaqq u l-proċess ġuridiku jsir skont il-ħaqq u mhux fl-interess tal-bżonnijiet ta’ ċertu nies jew tar-Repubblichini ta’ Aquilina.

Dan biss kien u għadu l-interess tiegħi li nitkellem dwar il-każ ta’ Yorgen Fenech. Dak kollu li ntqal fuqi huma qlajjiet ta’ klikka li kissret lill-Partit Nazzjonalista, kissret lill-Knisja Maltija u kissret lil Malta u ser tkisser il-ġustizzja f’Malta. U jiddispjaċini ngħid li dawn huma fatti u mhux perċezzjonijiet.

Fuq kollox, ikolli ngħid li Salvu Balzan ma qalx kollox dwar l-artijiet tan-Nadur – anki jekk il-ġurnal tiegħu kiteb fuq din l-istorja fil-passat. Infakkar li f’din l-istorja hemm involut missier din il-maġistrata u anki l-istess maġistrata għaliex għandha share fil-kumpanija li twaqqfet.

Infakkar li Patrick Valentino u l-maġistrata Montebello huma ħbieb ħafna tal-avukat li hu partner fix-xogħol ma’ Jason Azzopardi, tant li jmorru Sqallija flimkien. Infakkar li Jason Azzopardi qed jagħmel kruċjata kontra l-maġistrata Nadine Lia minħabba li missier ir-raġel tagħha huwa Pawlu Lia li hu l-avukat ta’ Joseph Muscat. Allura bl-istess argument li r-Repubblichini issa qed iġibu kontra Nadine Lia, għaliex ma ġabuhx kontra Rachel Montebello meta din għamlet il-kompilazzjoni kontra Yorgen Fenech? Infakkar li teżisti ħbiberija kbira, bejna u l-partner tagħha u l-uffiċju legali ta’ Jason Azzopardi. Quddiem din il-ħbiberija kif qatt setgħet tkun parzjali fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech meta Jason Azzopardi kien wieħed mill-avukati tal-parte civili f’din il-kompilazzjoni?

U għax jien qed nitkellem fuq dawn l-affarijiet, niġi mgħajjar li mħallas minn Yorgen Fenech u nispiċċa attakkat b’kawżi mill-uffiċju tal-avukat ġenerali tar-Repubbika u anki minn Salvu Balzan. Infakkar li Balzan kiteb artiklu fil-media tiegħi biex jiddiskreditani wara li Montebello tefagħtni aktar minn darba tah disprezz waqt li ma mexxiet l-istess ma’ min hu assoċjat mar-Repubblichini.

Ara r-Repubblichini qatt ma tkellmu jew ipprotestaw dwar dan. Qatt ma qalu li l-maġistrata Montebello jista’ jkollha xi konflitt ta’ interess minħabba li hija involuta f’xiri ta’ propjeta jew hija ħabiba sew mal-persuna marbuta mal-uffiċju legali ta’ Jason Azzopardi, liema avukat spiċċa anki jidher bħala avukat ta’ persuna li ssemmiet inkwistjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

One thought on “Għax ingidem, Salvu Balzan fetaħ il-kanuni kontra Rachel Montebello u semmielha l-artijiet tan-Nadur anki jekk spiċċa ma qalx kollox dwarhom

Leave a Reply to saviour stivala Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *