It-Torċa toħroġ survey lejlet id-diskors tal-kap tal-Oppożizzjoni u tirriduċi dan d-diskors għall-ħanqa ta’ ħmar

Minn korrispondent mid-Dar Ċentali

Għada nassistu għad-diskors tal-Kap tal Oppożizzjoni dwar bagit 2023.

Lejlet dan id-diskors, It-Torċa ħarġet survey. Ma hemmx dubju li dan hu maħdum u maħruġ apposta lejlet dan id-diskors tal-kap tal-Oppożizzjoni. Dan is-survey kompla jikkonferma kemm qata’ lura il-PN. F’dan is-survey il-PN iġġarraf. 

Dan kien survey li qed jiffoka fuq id-distanzi bejn iż-żewġ partiti aktar milli fuq il-voti reali. Infatti insiru nafu li jekk issir elezzjoni għada, il-PN jitlef b’distakk ta’ 42,000 vot. B’hekk id-distakk bejn il-partiti kompla jikber.

Imbagħad, id-distakk bejn Robert Abela u Grech hu ta’ aktar minn 80,000 vot.

Dak li qed jiġri huwa li l-partiti qed jitilfu l-voti, imma l-PN qed jitlef aktar mill-Lejber u dawk il-Laburisti jew persuni li vvutaw Lejber u huma rrabbjati għal dan il-gvern mhux lesti jmorru mal-Partit Nazzjonalista. Imma għar-raġuni ovvja, dan mhux diskuss f’dan is-survey.

Wieħed irid jiftakar li Bernard Grech kien rebaħ lil Adrian Delia u b’hekk sar il-kap tal-Partit Nazzjonalista minfloku bl-għajta li, taħtu, (jiġifieri taħt Bernard Grech) il-PN jerġa’ jibda jikseb il-fiduċja tal-poplu.

Dik l-għajta, ta’ Grech, illum ġiet tiswa anqas minn ħanqa ta’ ħmar. Dak li hu interessanti huwa li l-media tal-Knisja tat importanza lil dan is-survey. Dan għandu jkun sinjal ieħor allarmanti għal Grech lejliet id-diskors tiegħu ta’ għada.

F’din l-atmosfera jidher ċar li l-ġurnali ser ikunu qed jistmaw id-diskors ta’ għada ta’ Bernard Grech dwar il-baġit bħala ħanqa ta’ ħmar.

Għada se nassistu għal diskors minn Kap tal-Oppozizzjoni li quddiem survey bħal dan ġa ġie ridott bħala diskors irrelevanti. 

Quddiem din is-sitwazzjoni, il-ġranet ta’ Bernard Grech bħala kap tal-Oppożizzjoni huma magħduda. Sħabu stess li tellgħuh ser ikunu huma li ser jibdew jimbuttaw biex iwarrbuh.

Ma hemmx dubju, li f’dik li hija strateġija medjatika, illum il-Lejber għadda bil-kbir lill-Partit Nazzjonalista. Ara f’liema stat ġabu lil dan il-Partit l-establishment ta’ Repubblika!

2 thoughts on “It-Torċa toħroġ survey lejlet id-diskors tal-kap tal-Oppożizzjoni u tirriduċi dan d-diskors għall-ħanqa ta’ ħmar

  1. Jekk joghgobkom, naqra rispett lejn il Hmar. Tqablux il Hmar ma Dr Grech. Il Hmar hu annimal innocenti u leali. Hu anki l’aktar annimal mill annimali kollha favorit u mbierek min Alla. Gesu Kristu dejjem bi Hmar inqeda, qatt ma rikeb zwiemel!

  2. 1. Dak li hu interessanti huwa li l-media tal-Knisja tat importanza lil dan is-survey. (OOPSSSSS)
    2. Ara f’liema stat ġabu lil dan il-Partit l-establishment ta’ Repubblika
    NOTHING ELSE TO ADD. GENUINE PN SUPPORTERS MUST CLEAN OUT THE PN RUBBISH!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *