Qabel il-laqgħa ta’ għada, John Suda tella’ video satiriku biex jgħajjar lil Edwin Vassallo dinosawru

John Suda tella’ video biex ipinġi lil Edwin Vassallo bħala dinosawru. Illum, Edwin Vassallo huwa bniedem barra mill-Parlament, imma jidher li xorta qed idejjaq sew lil dawk li għandhom ħsibijiet liberali bħal Repubblichini ta’ Robert Aquilina. B’hekk, ftit jiem qabel din il-laqgħa, Suda ħareġ jattakka b’mod satiriku lil Edwin Vassallo għaliex Vassallo qed ikompli bil-laqgħat tiegħu kontra l-abort. Ara John Suda qatt ma għamel xi satira dwar ir-Repubblichini li jaħsbu li huma biss intitolati jorganizzaw xi laqgħa jew jagħmlu xi protesta ġewwa pajjiżna!

Din issa saret diska qadima u mġenġla. Imma xorta, Edwin Vassallo mar fuq il-kontra-attakk u fuq il-pagna tal-Facebook tiegħu stess, bla ma idejjaq xejn, għamel share tal-filmat ta’ Suda waqt li ma ddejjaq xejn jikteb “Dinosawru għaliex jien kontra li omm toqtol lit-tarbija f’ġufha?

B’hekk Vassallo wera li mhux ser ikun intimidat b’din it-tip ta’ satira. Fuq kollox, wera lil min għajru li mhux qed jiddejjaq mit-tgħajri tiegħu għaliex finalment jemmen fil-liberta’ tal-espressjoni. Fuq kollox, hu bniedem li għandu l-kuraġġ u kif kien jgħallem Eddie Fenech Adami, is-sewwa jintrebaħ biss permezz tal-kuraġġ.

Dan jispjega għala Vassallo tella’ dan post. Wieħed jista’ ma jaqbilx ma’ Edwin Vassallo, iżda huwa persuna ta’ kuraġġ u jaf fejn irid imur bl-ġlieda tiegħu. Hu jaf kontra min qiegħed jiġġieled. Lir-Repubblichini u l-liberalli qed jgħidilhom li miegħu sabu għadma iebsa.

Kieku l-PN għandu nitfa’ mill-kuraġġ ta’ Edwin Vassallo, kieku għadna Oppożizzjoni b’identita’. Kieku għandna Oppożizzjoni li nafu x’inhu t-twemmin tagħha. Minħabba ir-Repubblichini, il-PN spiċċa bla identita’ politika. Spiċċa jgħajjar lil-Lejber bil-korrużżjoni meta r-Repubblichini jaraw biss kif jerdu l-flus minn Brussel u ma jridu lil ħadd jiċċekkja l-accounts tagħhom.

One thought on “Qabel il-laqgħa ta’ għada, John Suda tella’ video satiriku biex jgħajjar lil Edwin Vassallo dinosawru

  1. Permettili ninnotalek illi għandek żball kbir ħafna. Dik page satirika jisimha MaltaGifs+, mmaniġġjata minn xi ħadd m’għandux x’jagħmel u li fuqha hemm bħala ‘profile picture’ stampa ta Suda fil-parti tiegħu ta ‘Fredu l-Fra’. Jiġifieri dak mhux propja Suda.

    (Sors: https://www.facebook.com/MaltaGIFs1)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *