Albert Buttigieg jitfa’ n-nomina biex jieħu post Robert Arrigo

Albert Buttigieg tefa’ post fuq Facebook fejn fih qal li hu tefa’ n-nomina biex jieħu post il-mibki Robert Arrigo. Dan ifisser li l-PN ma jistax imur għal co-option ta’ Alex Perici Calascione għaliex ser ikun hemm bye-election fuq l-għaxar distrett.

B’hekk Albert Buttigieg sfida lill-fat cats, li kienu qed jgħinu lill-establishment li hemm fi Brussel biex Perici Calascione jkun jista’ jidħol fil-parlament u eventwalment isir il-kap tal-Partit Nazzjonalista.

Kif ħabbar dan is-sit, Albert Buttigieg kien mit-tliet kandidati li jistgħu jitfgħu n-nomina l-aktar wieħed riżolut li ma jaqax għall-repressjoni li kienet qed issir biex il-PN imur għall-co-option.

Dan is-sit jgħid prosit lil Albert Buttigieg għaliex bil-ġest tiegħu saħħaħ id-demokrazija parlamentari.

Ninsab ċert, li Robert Arrigo hu ferħan b’din il-mossa li għamilt u mis-sema fejn qiegħed, kburi li ser tkun int li titla’ minfloku.

2 thoughts on “Albert Buttigieg jitfa’ n-nomina biex jieħu post Robert Arrigo

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *