Nispera li l-pulizija tinvestiga l-akkużi serji ta’ ħasil ta’ flus fl-iskola ta’ San Andrea

Bħalissa, kemm The Times u anki l-Malta Today tawna l-istorja ta’ akkużi ta’ misapproprijazzjoni ta’ flus fl-iskola ta’ San Andrea. Din hija skola privata li hija mmexxija minn fundazzjoni ta’ ġenituri ta’ tfal li jattendu f’din l-iskola. Il-ġurnali qed jitkellmu fuq misappropriazzjoni ta’ flus ta’ miljuni. Meta llum qed nitkellmu fuq misappropriazzjoni ta’ flus, qed nitkellmu fuq money laundering. Mela nispera li l-pulizija tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet. Finalment, meta saru allegazzjonijiet fuq il-kappillan ta’ Marsaxlokk, ma ddejqitx il-pulizija tinvestigah.

Ara f’dan il-każ, hemm nies li kienu fl-amministrazzjoni ta’ din l-iskola u qed jistiednu lill-ġenituri biex jinvestigaw. Dan hu l-messaġġ li tellgħet esk-ħaddiema li kienet taħdem f’San Andrea.

Infakkar li din hija waħda minn dawk l-iskejjel li qegħda bi ħġara wara l-kawża ta’ Daphne u titkellem dwar ir-rule of law. B’hekk iriduha tal-Paladini tal-korrettezza. Issa sploda dan il-każ. Nispera li FIAU jinvestiga u l-kummissarju tal-pulizija jagħmel xogħolu u jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.

2 thoughts on “Nispera li l-pulizija tinvestiga l-akkużi serji ta’ ħasil ta’ flus fl-iskola ta’ San Andrea

  1. Tat-Times ahjar jghidulna kif accettaw lura l-managing director li suppost issospenda lilu nnifsu u rega lura jerda minn fuq dahar il-kumpanija. Jew kif qabbdu lil Giovanni Bonello jinvestiga l-kaz ta’ Adrian Hillman biex imbaghad lahqu ftehim mieghu u poggew lil Bonello chairman ta’ Strickland Foundation.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *