Poezija kemmxejn niggiża f’ġieħ Robert Arrigo minn Diana Spiteri

T𝐢𝐬𝐥𝐢𝐦𝐚 𝐥𝐢𝐥 𝐑𝐨𝐛𝐞𝐫𝐭 𝐀𝐫𝐫𝐢𝐠𝐨

Personali ma kontx nafek
Ivvutajtlek żgur li qatt
Nafek biss bħala politiku
Bħal ma kien jafek kulħadd

Raġel kwiet, onest u bravu
f’xogħlok tajt ir-riżultati
Kulħadd f’fommu kelma waħda
Qatt ma tieħu, dejjem tagħti

Qalbek tħabbat għall-pajjiżek
Ħafna kienu kburin bik
Ħlief partit li bik lagħab logħba
Ħa li ried, u dlonk ramiek

Kemm hi kerha s-sitwazzjoni
Meta jtellfuk l-interess
Flok taptipa, tnejn fuq dahrek
Tkun tradut minn ‘sħabek’ stess

‘Sħabek’… kelma ftit qarrieqa
Ma turix il-verita’
Ħbieb ta’ veru żgur li jgħożżu
Mhux ikasbru l-onesta’

Illum rajna l-oqbra mbajda
Kulħadd jgħaddi xi kumment
Kemm kien jafek, kemm kont taħdem
Wisq sfaċċat it-tradiment

Matul ħajtek lilek warrbu
Stalletti minn wara tawk
Wara mewtek, kulħadd sieħbek… !
Lesti jigglorifikawk

Nerġa’ ntenni ma kontx nafek
Imma idi qed jiekluni
Ma niflaħx nara kuntrarji
L-inġustizzji idejquni

Għalhekk qbadt malajr il-pinna
Biex niktiblek dan il-kliem
Issa mur iġbor li ħaqqek
Orqod sew, u strieħ fis-sliem.

Diana Spiteri
18/10/2022

3 thoughts on “Poezija kemmxejn niggiża f’ġieħ Robert Arrigo minn Diana Spiteri

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *