Robert Aquilina jilgħab il-logħba tal-avukat ġenerali u l-pulizija u ma jridx li l-aħwa Degiorgio jgħidu dak li jafu dwar il-qtil ta’ Daphne
Robert Aquilina tella’ post fejn talab lin-nies biex ma jafdawx jew jemmnu dak li jridu jgħidu l-aħwa Degiorgio dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan il-post kitbu wara li dawn l-aħwa ammettew li qatlu lil Daphne u marru erbgħin sena ħabs. Ma nistax nifhem l-argument ta’ Robert Aquilina, x’għandhom jiggwadanjaw dawn in-nies jekk jitkellmu issa. Dawn inbagħtu l-ħabs. Jidher ċar li ta’ Repubblika u l-familja Caruana Galizia ma jimpurtahomx mill-verita’. Anzi jimpurtahom li jaħbu l-verita’. Kieku kien jimpurtahom mill-verita’ qatt ma kienu jippermettu li jitkisser laptop li fih evidenza kriminali – kif kien qal tant tajjeb it-tabib Frank Portelli.
Infakkar li l-aħwa Degiorgio qatt ma tkellmu dwar l-involviment ta’ Yorgen Fenech u għalhekk wieħed jifhem għala Robert Aquilina mhux interessat f’dak li għandhom xi jgħidu l-aħwa Degiorgio. Imma wieħed irid jiftakar li kienu l-aħwa Degiorgio u mhux Melvin Theuma li semmew l-involviment ta’ ministru tal-gvern tal-Lejber f’dan id-delitt.
Issa fi kliem Robert Aquilina stess, dan il-fatt tal-aħwa Degiorgio mhux veritier. Skont Aquilina, wieħed ma għandux jemmen dak li għandhom x’jgħidu l-aħwa Degiorgio fuq dan id-delitt għaliex dawn giddibin. Imma ara sieħibhom, il-ġurnalist ta’ Reuter jidher li kien jaħsibha mod ieħor għaliex mar jintervista lill-wieħed mill-aħwa fil-ħabs. Ara hemmhekk, dan kien kredibbli. Min jaf għalfejn għal Robert Aquilina, l-aħwa Degiorgio mhux ta’ min jemminhom fuq dak li għandhom x’jgħidu fuq dan id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia?
It-tweġiba ta b’mod indirett Robert Aquilina, għaliex jekk dawn jitkellmu jgiddbu lil Melvin Theuma u juru li dan qed jigdeb u li Yorgen Fenech mhux veru l-mandat ta’ dan il-qtil. Issa kulħadd jista’ jikkonkludi min huma dawk li verament qed jipproteġu l-veru mandant jew mandanti ta’ dan il-qtil.
Infakkar li fl-Italja, il-mafja kellha metodu kif tipprova tiddiskredita’ lil dawk il-kriminali (imsejħa pentiti) li jkunu jridu jikxfu min huma l-veru mafjużi.
Verament affarijiet tal-blieh.

Sa fejn jaff kulhadd yorgen fenech ammeta mal pulizija li u I’ll mandant Tal qtil biex forsi ituh proklama issa ekk hemm xahad ihor imdahal dik haha ohra imma kif orejtek zbaljat meta qet tajd li fenech mijux I’ll mandant