Wara l-protesta tal-Ħadd, issa l-Prim Ministru ser ikun fil-mira ta’ Repubblika
Il-protesta jew id-demostrazzjoni tal-Ħadd li għadda minn Ta’ Repubblika fissret lil din l-għaqda ħadet issopravent fuq il-Partit Nazzjonalista. Għal din l-attivita’, ta’ Repubblika rnexxilhom jiġbru aktar nies mill-ġabar il-Partit Nazzjonalista ġimgħatejn ilu għal attivita’ politika simili, imma minflok favur Daphne, kienet kontra l-korruzzjoni.
Wieħed ma jistax ma jinnotax il-preżenza ta’ Roberta Metsola għal din l-attivita’. Hawn ta’ min ifakkar li Metsola ma kienetx attendiet l-attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista kien organizza matul il-kampanja elettorali tiegħu ta’ din is-sena. Imma issa sabet il-ħin li tattendi għal din l-attivita’ ta’ Repubblika u anki tindirizzaha. Dan hu messaġġ ċar li qed tkun imħejjija biex tieħu t-tmun tal-partit f’idejha. Kollox jiddependi kif tmur fl-elezzjonijiet Ewropej u jekk hix ser terġa tkun il-President tal-Parlament Ewropew. Jekk il-Partiti Popolari jmorru ħażin, hija mhux bil-fors ikollha ċans terġa’ tkun konfermata kap jew president tal-Parlament Ewropew. B’hekk tista’ titħajjar tiġi Malta biex tmexxi l-PN.
Dawn l-affarijiet Bernard Grech jafhom sew u nduna li ġejjin fuqu. Tant li fid-diskors li għamel fil-Mosta, kellu ħafna kliem ta’ tifhir lejn Carol Aquilna. Ħafna fehmu dan it-tifhir bħala mossa minn Grech lejn ta’ Repubblika li bħalissa huma l-ikbar kritiċi tiegħu minn ġewwa l-Partit Nazzjonalista. Infatti, bħalissa Grech qed jitkellem ħafna dwar Daphne u l-media tal-Partit Nazzjonalista qed isemmieha ħafna. Jidher ċar li d-direzzjoni li ser ikun biex Grech jagħmel il-Partit Nazzjonalista aktar liberali fuq il-linji tal-Partit Demokratiku Amerikan. Fuq kollox, dan kien li riedet Daphne għall-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser li l-PN ser ikompli jarmi l-libsa konservattiva tiegħu. Jekk din hix ser trebħu l-elezzjoni jew le, issa naraw.
Biss wieħed ma jistax ma jindunax koordinament u kooreografija perfetta ta’ kif iseħħu l-affarijiet b’antiċipazzjoni għal din id-demostrazzjoni tal-Ħadd li għadda. F’daqqa waħda, seħħew ħafna attivitajiet marbuta mal-ħames sena mill-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia. Seħħew anki f’background ta’ proċeduri u proċessi legali fil-qorti kemmxejn strambi bl-imħallfa tgħaġġel biex tibda l-ġuri u bil-culmine ta’ l-aħwa Degiorgio jammettu, wara li qalu li mhux ħatja. Saħansitra, l-arċisqof spiċċa jirreferi għal dan il-ġuri fil-prietka tiegħu!
Dak li hu ċar li fuq livell politiku, dawn il-fatti ser iwasslu biex Robert Abela ser jkompli jitlef is-saħħa politika tiegħu fil-Partit Laburista. Jekk jerbaħ jew jerbaħx l-elezzjonijiet Ewropej mhux hux il-punt. Bħal Bernard Grech, dan il-politiku ukoll ser ikollu jissielet biex isalwa. Ma hemmx dubju li ta’ Repubblika ser jaslu biex iwaqqgħuh, bid-differenza li meta ta’ Repubblika waqqgħu lil Joseph Muscat, il-Laburisti għadhom jibkuh. Imma meta dawn iwaqqgħu lil Robert Abela, il-Laburisti ser jinsuh. Anzi ser ikun hemm ħafna Laburisti li jieħdu pjaċir.
Dawn l-affarijiet ta’ Repubblika jafuhom sew. Huma jafu li Robert Abela jibża’ minnhom u jagħmel dak li jgħidulu. Dan qed iġib rabja kbira fost il-Laburisti u anki fost il-funżjonarji fiċ-Ċivili. Dan ser iwassal għal waqa’ ta’ Robert Abela. Il-mod kif ta’ Repubblika rnexxilhom jikkonvinċju lill-Prim Ministru biex jagħmel ir-riformi fil-qrati, ġabu l-għażla tal-imħallfin u l-maġistrati P2 oħra. Hemm qegħdha l-vera mafja Jason Azzopardi! Fuq kollox, bħalissa hemm letarġija u biża’ kbira fiċ-ċivil għaliex il-funzjonarji jafu li ma għandhomx ħajt ta’ kenn jekk ta’ Repubblika jiftħu ħalqhom fuqhom.
Wara d-demostrazzjoni tal-Ħadd, li fuq livell lokali kienet ta’ suċċess kbir, għaliex kienet l-ikbar waħda li saret s’issa mill-oppożizzjoni, il-ballun politiku qiegħed f’saqajhom u kemm il-kap tal-oppożizzjoni u l-prim ministru qiegħed fil-but tagħhom.
Nghsumi li dan lartiklu ktibtu int Sur Mercieca. “Il-prim ministru fil but tar-repubblica”. Halina kwiti Sur Mercieca.