Numru ta’ partitarji Nazzjonalisti marru quddiem id-Dar Ċentrali b’mod spontanju bħala sinjal ta’ rispett lejn Robert Arrigo

Numru ta’ partitarji marru quddiem id-Dar Ċentrali wara li Adrian Delia tella’ post u qal li ser ikun fuq NetLive biex jagħti tislima lil Robert Arrigo fis-6.10 pm. Għal din l-attivita’ fuq NETLive kien hemm anki Clyde Puli, eks-deputat u anki eks-Segretarju Ġenerali. Meta Clyde Puli u Adrian Delia waslu d-Dar Ċentrali sabu numru ta’ partitarji jistennuhom u b’hekk saret attivita’ spontanja fejn fiha tqegħdu xemgħat u fjuri bħala sinjal ta’ luttu għall-mewt ta’ Robert Arrigo, liema mewt ħasdet lil ħafna u kienet ta’ xokk personali għal Adrian Delia u għal dawk kollha li attendew din l-attivita’ b’mod spontanju.

B’hekk permezz ta’ din l-attivita’ dawk preżenti, flimkien ma’ Adrian Delia riedu jfakkru l-memorja ta’ dan ir-raġel ta’ qalb kbira fil-politika Maltija. F’din is-serata kommemorattiva tqiegħed anki ritratt ta’ Robert Arrigo quddiem il-bieb tad-Dar Ċentrali.

One thought on “Numru ta’ partitarji Nazzjonalisti marru quddiem id-Dar Ċentrali b’mod spontanju bħala sinjal ta’ rispett lejn Robert Arrigo

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *