L-avukat ġenerali Galea Farrugia ma għadux jgħid li l-qattiela kollha nqabdu: Il-maġistrat Victor Axiaq għandu inkjesta miftuħa dwar min pprokura l-bomba li qatlet lil Daphne

Il-fatt li l-aħwa Degiorgio ammettew fisser li huma ma taw l-ebda xhieda ġuramentata fil-ġuri tagħhom. B’hekk kemm id-difiża u l-anqas il-prosekuzzjoni jew l-parte ċivili ma staqsithom l-ebda mistoqsija dwar dan id-delitt, inkluż min huwa jew huma il-veru mandanti tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Imma xorta għad hemm il-mistoqsija; mnejn verament ġabu l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia l-aħwa Degiorgio?

Infakkar li l-pulizija qalet li dawk kollha li kellhom jinqabdu dwar dan id-delitt inqabdu. Issa jidher li l-avukat prosekutur, jiġifieri Philip Galea Farrugia, qed jagħti verżjoni oħra u wara ħames snin mill-qtil tagħha, għadu qed jgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Dan hu dak li kellha xi tgħid Lovin Malta dwar din l-istorja.

Fuq kollox, f’dan l-artiklu qed jissemma’ li Yorgen Fenech qal li hemm erba’ persuni oħra marbuta ma’ dan id-delitt. Lovin Malta tispeċifika li dan intqal f’open court, jiġifieri ma kienx hemm divjit fuqu. Niskanta kif dan il-fatt qatt ma ġie rrappurtat fil-media għaliex Fenech ma setax qal dan waqt il-kompilazzjoni tiegħu quddiem il-maġistrata Rachel Montebello għaliex fil-kumpilazzjoni, l-akkużat ma jagħtix xhieda. L-akkużat jitla’ biss jixhed waqt il-ġuri. Mela din setgħet biss intqalet f’waħda mill-kawżi ċivili li għaddejjin u li għamel Fenech innifsu.

Infakkar li kien dan is-sit li rrapporta dan il-fatt dwar l-ismijiet ta’ dawn l-erba’ persuni. Dan is-sit kien kixef li jeżisti recording fejn avukat imsemmi jagħmel referenza għall-erba’ persuni, isemmihom b’isimhom u jgħid li dawn huma l-mandanti ta’ dan il-qtil. F’dan ir-recording, dan l-avukat jsemmi l-isem ta’ tliet avukati u wieħed li mhux avukat u jgħid li l-pulizija taf b’dan il-fatti.  Imma l-isem ta’ Yorgen Fenech ma jsemmiehx.  

Għal darba oħra, dan is-sit qed ikompli jingħata raġun mill-istess media li ppruvat tiddemoniżah. Issa l-istess media qed tibda tagħti krettu lill-fatt li hemm erba’ mandanti. L-aħwa Degiorgio jafu min huma għaliex ġa semmgħu b’mod dirett u indirett x’uħud minnhom.  Altru milli l-aħwa Degiorgio saru jafu bil-mandanti ta’ dan id-delitt tramite ‘l hekk imsejjaħ middleman, Melvin Theuma. B’dak li ġara l-ġimgħa l-oħra fil-qorti, l-awtoritajiet riedu jgħattu dan kollu.

Imma hemm xaqq ta’ tama li nsiru nafu. Dan is-sit jista’ jiżvela li hemm inkjesta mill-maġistrat Victor Axiaq. Din l-inkjesta għadha mhix magħluqa.  Din hija dwar mnejn l-aħwa Degiorgio ġabu l-esplossivi biex jagħmlu l-bomba.  Jidher li fiha hemm xhieda fejn dawn isemmu l-ismijiet ta’ nies marbuta ma’ dan l-akkwist ta’ din il-bomba. Li ġara huwa li peress li din l-inkjesta għadha ma ngħalqitx, ix-xhieda mogħtija f’din l-inkjesta ma tistgħax tinġib bħala prova fil-proċeduri kriminali li hemm pendenti.

Dak hu l-equility of arms li ta’ Repubblika tant jiftaħru bih!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *