Ir-rimarka xokkanti ta’ wieħed mill-aħwa Degiorgio u l-kumment ta’ Jason Azzopardi fir-rigward tagħhom

L-aħbar prinċipali ta’ din il-ġimgħa kienet l-istorja li l-aħwa Degiorgio ammettaw is-sehem tagħhom fil-qtil. Dan ma kienx wisq sorpriża, meta wieħed minnhom ġa kien ammetta l-ħtija tiegħu. Dak li riedu l-aħwa Degiorgio kien trattament bħal ma ngħata lill-Koħħu jiġifieri li jingħataw piena mnaqqsa u jkunu jistgħu jitkellmu dwar min hu verament il-mandant f’dan id-delitt. Għal xi raġuni jew oħra, l-istat kellu interess li dan ma jsirx u dejjem ċaħad li dawn jingħataw maħfra presidenzjali jew pattaġġjament ta’ reduzzjoni tal-piena b’mod radikali.

B’hekk kien hemm stennija għal dan il-ġuri għaliex fis-sistema tagħna, huwa biss fil-ġuri li akkużat jista’ jitla’ jixhed u d-difiża ġġib il-provi tagħha. Quddiem il-fatt li dawn ammettew, dan ma seħħx. Mela dak kollu li jafu l-aħwa Degiorgio dwar dan id-delitt ma ħariġx f’dan il-ġuri. U jekk joħroġ, iċ-ċans mhux ser joħroġ taħt ġurnament sakemm l-aħwa hux ser jitilgħu jixhdu fil-ġuri ta’ Yorgen Fenech. Nistennew u naraw.

Biss ġara fatt interessanti f’dan il-ġuri. Wara li ammettew, wieħed mill-aħwa dar fuq l-avukati tal-parte ċivili, jiġifieri Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia u qalhom dak li jaħseb fuq il-Partit Nazzjonalista u l-qorti. Din l-istorja ġie rappurtata f’Illum. Huwa għajjar lill-Partit Nazzjonalista, il-qorti u lill-maġistratura korrotti.

Dan il-kumment għandu jinqara fil-kuntest ta’ x’kiteb Jason Azzopardi ftit wara. Hu ħa din l-okkażżjoni tal-ammissjoni tal-aħwa Degiorgio biex jagħmel eloġju lill-avukat prosekutur Philip Galea Farrugia fuq il-paġna Facebook tiegħu. Hu kiteb hekk:

Din il-kitba ta’ Jason Azzopardi tikxef il-qrubija li teżisti bejnu u l-avukat Philip Galea Farrugia u dan l-avukat tal-parte civili. Tant li Jason Azzopardi jindirizzah b’ismu. Hawn wieħed jista’ jibda jistaqsi kemm fil-qorti ser ikun hemm ekwita bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni. Fi kliem ieħor hemm il-prinċipju sagrosant imsejjaħ “Principle of Equality of Arms” li qed ikun irrispettat f’dawn il-ġurijiet u nvestigazzjonijiet li seħħew marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Meta wieħed jaqra stqarrija bħal din mingħand Jason Azzopardi, wieħed jibda jiddubita kemm hemm verament “fair balance” bejn il-partijiet. Kumment bħal dan mingħand Jason Azzopardi, juri biċ-ċar li d-difiża f’dawn il-każiijiet qedha fi żvantaġġ.

B’hekk il-kumment ta’ Jason Azzopardi ma jistax ma jinqarax u jkun analiżżat fil-kuntest u f’dak li kellhom xi jgħidu dwar il-qrati tagħna wieħed mill-aħwa Degiorgio. Għalhekk hawn ta’ minn wieħed jistaqsi lil Galea Farrugia jekk kienx involut fit-trattattivi biex l-aħwa Degiorgio jitnaqqsulhom il-piena jew li jingħataw il-maħfra presidenzjali in return li jikxfu kollox? U jekk kien għala kien kontra li din tingħata? Ma jaħsibx li b’hekk ma ħarġitx il-verita’? Fuq kollox, b’dak li ġara fil-qorti din il-ġimgħa, ħafna qed jaħsbu li l-verita’ kollha spiċċat ma ħarġitx.

L-aħwa Degiorgio huma “makku”. L-aktar importanti li jinqabdu huma l-veru mandanti u l-aħwa Degiorgio jafu min huma, imma hemm interess istituzzjonali li dan ma jseħħx.

Issa inħalli lill-kulħadd jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *