Kummenti banali għandhom jieqfu fil-PN: kull meta jingħaddu terġa’ tinfetaħ il-ferita’ fil-Partit Nazzjonalista

Minn osservatur politiku

Il-kummenti banali fil-Partit Nazzjonalista għandhom jieqfu. Dan joħroġ ċar wara l-aħħar kumment li għamel Dr Bernard Grech. B’dak li qal Bernard Grech fuq Adrian Delia lill-Lovin Malta, reġa’ tefa’ beraħ il-qasma li teżisti fil-Partit Nazzjonalista. Għalhekk, wasal iż-żmien biex il-partitarji jigdmu ilsienhom u ma jipprovokax. Imma l-mexxej tal-Partit irid ikun ta’ eżempju. Ommi kienet tgħid li paroli vojt l-anqas għall-avukati m’hu tajjeb.

Meta wieħed jgħaddi kumment bħal banali ser isaħħan l-irjus. Żgur li ma hemmx għalfejn jingħaddu u wisq anqas ikun emfasizzat li llum ma hemmx deputati Nazzjonalisti li ser imorru għand il-President ta’ Malta biex ineħħu lill-kap tal-Partit Nazzjonalista. Agħar minn hekk, b’dak li ntqal, il-qasma fil-PN reġgħet ittellgħet fuq l-aġenda Nazzjonali. Konna ilna ma nisimgħu xi ħaġa dwar il-ġlied intern fil-partit. Imma kellu jkun kumment banali bħal dan li reġa’ fetaħ beraħ il-ferita tal-Partit Nazzjonalista u reġa’ ġab partitarji jiġġieldu bejnithom.

Kulħadd jaf li din il-firda għadha qatt ma ntemmet imma b’deċiżjoni tal-Kap li jitkellem li jitkellem fuqha reġgħet qajmet l-irwiefen. Għalfejn kellu jgħid li s-sitwazzjoni hija aħjar jew agħar illum meta mqabbla ma’ sentejn u nofs ilu? X’ħa b’daqshekk? Mhux bil-fors ikollok tfakkru li kienet taħt it-tmexxija tiegħu, seba’ xhur ilu, li l-Partit Nazzjonalista ħa l-ikbar tkaxkira fl-istorja tiegħu?

Infakkar li Bernard Grech wiegħed għaqda assoluta fost in-Nazzjonalisti. U jkollu jkun hu li jgħaddi kummenti ta’ firda. Għalfejn kellu jgħaddi kummenti jew juża argumenti immaturi biex joskura l-prediċessur tiegħu? L-anqas Eddie Fenech Adami qatt ma għamilha lejn il-predeċessur tiegħu Ġorġ Borg Olivier? Għalfejn attakka lill-predeċessur tiegħu bil-konfoffi li dan kellu meta kien kap tal-partit? Ma jafx Bernard Grech li l-klikka li kissret il-partit u neħħiet lil Delia, hija l-istess klikka li poġġietu hemm? Ma jafx Bernard Grech li din l-istess klikka qed tara kif tagħmel biex twarrbu minn hemm ħafna qabel l-elezzjoni tal-membri tal-parlament Ewropew? Ma jafx li din il-klikka qed toqtlu politikament fin fin?

Dawn il-kummenti bla sens ħolqu ħafna battuti u kummenti fuq il-medja soċjali. Il-maġġoranza tagħhom huma kummenti kontra l-istess kap. Ħafna qalulu li qed jistennew ir-riżenja tiegħu minn Kap għax mhux idoneu li jibqa’ imexxi lill-Partit Nazzjonalista. Saħansitra kien hemm min qallu li bil-kumment tiegħu reġa’ ħoloq l-inkwiet fost il-partitarji Nazzjonalisti.

3 thoughts on “Kummenti banali għandhom jieqfu fil-PN: kull meta jingħaddu terġa’ tinfetaħ il-ferita’ fil-Partit Nazzjonalista

  1. Dr Grech kibritlu rasu u jahseb li ghadu is- soluzzjonijiet. Nghidlu ghadu ma sabx saqajh u ghandi jaghmel il- wisa’ biex ikun hemm kaq gdid.

  2. Bernard Grech qal dak li qal ghax hu cuc, bahnan u ghandu ego kbir li ma jhalliehx jahseb. L- aqwa li jpingi ruhu kbir u glorjuz anki jekk fir rejalta qered partit. Qabel l- ahhar elezzjoni Bernard Grech kien qal dal- famuzi kliem lil wiehed mid- deputati tal-PN “Fl-elezzjoni li gejja irrid nehles mid deputati l- antiki u minflokhom intella iz- zghar. Ghax id deputati l-antiki jharsu l- isfel lejha. Id- deputati iz-zghar iharsu l fuq lejha.” Dan juri kemm Bernard Grech mhux b’mohhu jimxi imma jmexxieh l- ego tieghu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *