Il-ministeru tal-intern għandu liġijiet għall-allat u liġijiet għall-annimali.
Waħda mill-aħbarijiet tal-lum kienet dik li tikkonċerna lid-direttur preżenti tal-ħabs. Dan ser ikun mixli li wża arma tan-nar fil-pubbliku. Mhux ser nidħol fil-mertu tal-każ. Dak tarah il-qorti.
Imma ma nistax ma ninnutax l-ipokrezija tal-gvern u tal-mainstream media fuq dan il-każ. Ara issa ma hemmx kruċjati biex id-direttur jirreżenja jew jissospendi ruħu. Mela l-kruċjati li kienu jsiru qabel kienu politically motivated u ad personam.
Anzi issa l-Ministeru tal-Intern ħareġ jiddefendi lid-direttur tal-ħabs u jgħid li dan il-każ ma għandux x’jaqsam max-xogħol tad-direttur.

Anki hawn il-gvern hu żbaljat. Jekk dan il-każ verament ġara, (u nispera li ma seħħx) l-arma tan-nar li ġiet użata jew murija kienet arma tax-xogħol. Jiġifieri l-persuna – jekk ħareġ arma tan-nar, din kienet l-arma tan-nar li hija marbuta max-xogħol tiegħu.
Fuq kollox, il-gvern qal li

Anki hawn hu żbaljat . Dan hu l-provediment li jitkellem dwar l-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu f’każ li uffiċjal ikun akkużat b’reat. Dan il-provediment ma jitkellimx jekk ir-reat hux relatat max-xogħol jew le.

Infakkar li fl-imgħoddi, ministri ta’ dan il-gvern ġew imġegħla jirreżenjaw għaliex ġew akkużati minn Repubblika. Dawn l-anqas kellhom akkużi kriminali fil-konfront tagħhom u f’każ minnhom, bħal ma kien dak tal-allegat ħbiberija bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech, din kienet tmur għall-perjodu qabel ma’ l-istess Cutajar kienet segretarju parlamentari. U xorta kellha tirreżenja minn segretarju parlamentari.
Mela hawn għandna logħob tal-media u sħabhom ta’ Repubblika li jużaw ir-rule of law kif jaqblilhom biex ikissru lin-nies. Imma għal ċertu nies jeżistu l-provediment imsemmija bħal dawk il-gwardjani tal-ħabs li jinsabu sospiżi għaliex ġew akkużati li minħabba fihom persuna għamlet suwiċidju fil-ħabs, jew dawn it-tliet pulizija li spiċċaw il-ħabs minħabba abbuż fuq persuna u għal oħrajn tintuża metrika oħra.
L-argument tiegħi hawn huwa dan. Gvern ma jistax juża metrika mod ma’ xi ħadd u metrika mod oħra ma’ ħadd ieħor.
Dan jgħodd għall-media wkoll. Fil-każ tal-media, din ser tkompli titlef il-kredibilita’ tagħha.
Verament kif kienu jgħidu r-Rumani, l-istat għandu liġijiet għall-allat u liġijiet għall-annimali.
