L-għajta tal-korruzzjoni u l-akkużi kontra Yorgen Fenech ma wasslu lill-Partit Nazzjonalista mkien
Nhar il-Ħadd waqt li kien qed jiġi intervistat fuq il-medja tal-partit tiegħu, Bernard Grech qal li ma jeżisti ebda kuntratt magħmul mill-partit fil-Gvern li ma jidhirx li hu mċappas bil-korruzzjoni. Huwa qal li kull ma seħħ taħt il-Partit Laburista fil-Gvern għandu xamma qawwija ta’ korruzzjoni. Imma ta’ min jistaqsih, u b’daqshekk x’akkwista l-Partit Nazzjonalista minn dan kollu.? Għaliex il-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed fuq fomm kulħadd grazzi għal din il-kritika? Għaliex il-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed lest u ppreparat biex jieħu t-tmexxija tal-Gvern f’idejh? Għaliex mhux f’pożizzjoni li jwarrab, dejjem skond hu, dan il-Gvern korrott? Għaliex hawn din il-korruzzjoni kollha u l-Partit Nazzjonalista jibqa’ minn taħt?
Dan il-kumment għamlu b’referenza għall-kuntratt li kien ingħata biex jitlesta l-proġett tal-Marsa. Skont Bernard Grech, dan kien l-aħħar wieħed minn diversi skandli li ħarġu. Dan sirna nafu bih għax l-uffiċċju ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea għamel din l-istqarrija wara li qalu li nstabet informazzjoni fuq il-mobile ta’ Yorgen Fenech li tista’ twassal għall-possibilita’ ta’ korruzzjoni. Naħseb f’dan kollu għandna r-raġuni għala l-PN mhux jaqbad art. L-akkużi ta’ korruzzjoni ma jistgħux ikun politikament motivati u bbażati fuq spekulazzjoni ta’ possibilita’ jew perċezzjoni ta’ korruzzjoni u wisq inqas marbuta mall-assassinju tal-karattru ta’ Yorgen Fenech.
Mhux fuq dan biss tkellem Dr Bernard Grech. Tkellem fuq skandli oħra. Ilu jitkellem fuq korruzzjoni kemm ilu li laħaq Kap. Imma l-mistoqsijiet huma dawn, fejn wasal il-Partit Nazzjonalista grazzi għal din il-kritika kollha li qed jagħmel fuq korruzzjoni? Avanza xi ftit fil-vot popolari tan-nies? Hemm xi stħarriġ li jirrifletti avvanz grazzi għal din il-kritika kollha? La t-tweġiba hija le, allura x’qed jagħmel ħażin il-Partit Nazzjonalista la mhux qed jiġi emmnut? L-iktar ħaġa li qed jagħmel ħażin hija li għadu jinqeda b’persuni mhux emmnuti biex twassal il-messaġġ tiegħu. L-agħar ħaġa li għamel Grech hija li ngħaqad mal-karru ta’ Repubblika. Għalhekk spiċċa li mhux qiegħed jittieħed bis-serjeta f’dak li jgħid.
Forsi wkoll iħobb ipinġi l-gvernijiet Nazzjonalisti bħala dawk mmexxija minn salt qaddisin u ma kienx hemm xamma ta’ korruzzjoni fi żmienhom jew xomma ta’ arroganza. Xi ħaġa li hija diffiċli biex tiġi emmnuta. U b’hekk ikun qed jipprova jiddefendi l-indifensibbli billi jgħid li ta’ qablu għamlu kollox ‘above board’.
Kemm hu sewwa li l-verita tilgħab parti mportanti fid-diskussjoni politika. Kemm ikun aħjar li dak li hu abjad insejħulu abjad u dak li hu iswed insejħulu iswed. Ma jistax Bernard Grech iħares lejn il-politika tal-Partit Nazzjonalista bħala kollha pura u dik tal-Partit Laburista kollha mdensa.
Ħaġa oħra li jrid jiftakar li mill-2013 sal-2017, il-Partit Nazzjonalista kien immexxi minn Simon Busuttil. Dak iż-żmien, Simon Busuttil ibbaża l-politika tiegħu kollha fuq il-korruzzjoni u r-riżultat kien li żdiedet il-maġġoranza tal-Partit Laburista fil-Gvern. Mela jrid jagħti każ tal-fatt li l-korruzzjoni mhux kollox fil-ħajja politika tal-lum. Ma tistax tintesa imma lanqas trid torbot kollox magħha u tħambaq il-ħin kollu fuqha għaliex b’hekk il-Partit Nazzjonalista ser ikompli jinżel.
Il-korruzzjoni lampanti ta zmien il-PN fil-Gvern ma tistax tintesa, ghalhekk ma jigux ghemnuti dawn in-nies
Il kelma lampanti hi li Il PN spicca bl ‘ghar tabella li jista jkollu partit politiku “ BLA KREDIBILITA TA XEJN “
u nghid jien dawn ta kontra il frodi ta l eu fejn jafu jew minfejn gabu l info x’kellu jurgen fil mobile tieghu?