Tar-Repubblika jgħajru lill-Gvern Faxxista u lili sejħuli apoloġista’

Jidher li l-president ta’ Repubblika, Robert Aquilina ħa għalih għax dan is-sit kixef il-fatt li ta’ Repubblika kienu ser jużaw l-iskejjel tal-knisja u t-tfal fihom għall-attivita’ partiġġjana tagħhom. Għaliex jien kxift dan il-fatt qed inkun msejjaħ minn Robert Aquilina bħala apoloġista, waqt li l-gvern qed jiġi mgħajjar Faxxista.

Infakkar lil Robert Aquilina li kienu l-Faxxisti li wżaw it-tfal tal-iskejjel għall-attivitajiet tagħhom u jlibbsuhom tal-Balilla. Malta kien hawn skejjel Faxxisti. Kienu jattendu fiha t-tfal ta’ dawk il-familji tat-tajjeb li normalment kienu jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Jekk trid f’Raħal Ġdid kien hemm skola Faxxista (Umberto I) imma ħadd mill-familja tiegħi qatt ma mar fiha. Jekk trid ngħidlek ukoll minn kienu dawk il-familji li kienu jibgħatu lill-uliedhom fihom u wħud minnhom għandhom toroq imsemmijin ġewwa pajjiżna! U sew kienu jagħmlu li kienu jibgħatu l-uliedhom fihom għaliex finalment kienu skejjel tajba!

Issa jekk kien hemm persuni involuti f’dan l-użu ta’ dawn it-tfal li jmorru fl-iskejjel tal-Knisja biex jingħaqdu ma’ Repubblika, isimhom għandu jkun magħruf. Infakkar li l-Mafja tħobb taħdem minn taħt.

Dak li nista’ ngħid lil Aquilina li jien ser nibqa’ nikteb bla kantunieri. F’demokrazija ta’ vera, huwa l-poplu li jiġġudika u mhux Robert Aquilina jew xi għaqda dak li hu demokratiku jew dak li għandu jixxandar u dak li għandu jinżamm mistur.

Imisshom jistħu dawk il-patrijiet li kienu involuti fl-użu ta’ tfal għall-attivita’ ta’ Repubblika. Infakkar li wara din l-attivita’ kien hemm ġiżwita u nfakkar lil Robert Aquilina li l-Ġiżwiti qabel it-Tieni Gwerra kienu mitqiesha mill-kolonizzatur Ingliż bħala Faxxisti tant li anki jekk ma ġewx internati, kienu spiċċaw jiġi internat xi ħadd jiġi minnhom bħalha prekawzzjoni. Hemm kien il-Faxxiżmu ta’ vera!

Lovin Malta għamlet ukoll referenza għal dak li ktibt jien dwar din l-attivita’ li kienet ser issir fl-iskola ta’ Sant’Agata u nirringrazzjahom talli fakkru, permezz tal-kitba tagħhom dak li jien għidt fuq dan is-suġġett inkluż il-fatt li kien hemm persuni li għamlu suwiċidju u oħrajn mietu bl-inkwiet minħabba l-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia.

Imma bħal ma kienu jagħmlu l-Faxxisti u l-Kommunisti, illum l-ġurnalisti u l-apoloġisti ta’ Daphne Caruana Galizia jridu jerġgħu jiktbu l-istorja tagħha u jnessu dak li verament kienet tirrappreżenta din il-mara għall-maġġoranza tal-poplu Malti – il-kultura tal-odju u tal-mibgħeda f’pajjiżna.

One thought on “Tar-Repubblika jgħajru lill-Gvern Faxxista u lili sejħuli apoloġista’

  1. Bongu Sur Mercieca imma int cert li tar-repubblika kienu qed jitghajru? Kif jista ikun puliti tant?. Oqod atent ghax din seheb ta dak li kien hareg bil famuza ”Queen of bile’’

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *