Mill-maratona tal-bieraħ, il-PN ġabar biss 115,124 euros
Ilbieraħ saret il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-Partit Nazzjonalista. F’din il-maratona inġabru 115,124 euros. Din hija l-inqas somma li qatt inġabret f’maratona tal-PN.
Imma ġara fatt stramb. Il-preżentatur li kien qed jaqra ċ-ċifra qal li l-PN ġabar 151 elf euro meta fuq l-iscreen tat-Television kien qed jidher. Kif indunaw bl-iżball ma ħallewx din is-somma ta’ 115,124 euros tibqa’ tidher fuq l-iscreen.

Jien ninsab infurmat minn persuna li taħdem fid-Dar Ċentrali li l-vera ċifra tal-ġbir tal-bieraħ kienet dik li dehret fuq l-iscreen tat-TV jiġifieri ta’ 115,124 u mhux dik li qara jew qal il-preżentatur ta’ 151 elf euros. Infatti din il-figura qatt ta’ 115,124 euros ma ntweriet qatt aktar għaliex hija somma mbarazzanti.
Jien ma nieħux gost bid-deni, imma żgur li lbieraħ spikka n-nuqqas ta’ entużjażmu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li soltu jkun assoċjat mal-maratoni. Normalment, f’maratoni bħal dawn ikun hemm ħafna nies fid-Dar Ċentrali, speċjalment lejn it-tmiem tagħhom. Ilbieraħ id-Dar Ċentrali kienet mejta. Dan hu l-video li nġibed ilbieraħ waqt il-maratona filgħaxija fit-tard.
Dan hu nkwetanti ħafna għaliex hemm ħafna ħaddiema onesti fin-NET u mal-PN li l-għajxien tagħhom huwa fil-periklu.
l-ghajxien tan-neputi milqut ukholl?
A very poor sum but at the moment we do not have much money to spare with Xmas on the horizon.
Beda l-effett tan-nuqqas tas-Sur Robert Arrigo
The Robert Arrigo effect.
Hope a lesson is learned.
We need to learn not to underestimate anybody!
Excuses are not worth anything.